MALTA
DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)
ID-DISA' PARLAMENT
Seduta Nru. 202
It-Tlieta, 7 ta' Diċembru, 1999
Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan
Kamra tad-Deputati
MALTA
Prezz Lm1
ID-DISA' PARLAMENT
Seduta Nru. 202
It-Tlieta, 7 ta' Diċembru, 1999
Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,
il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.
Talba
SEDUTA NRU. 202
It-Tlieta, 7 ta' Diċembru, 1999
WERREJ
MINUTI 48
MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 48
ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 53
KUMITAT TA' PROVVISTA 53
ESTIMI ĠENERALI 2000 53
IS-SITT JUM STABBILIT 53
MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI 53
AĠĠORNAMENT 80
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 81
------------- 83
MINUTI
Il-Minuti tas-Seduta Nru 201 li saret fis-6 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.
MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI
SAĦĦA - LIPID CLINIC
11405. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn appuntament għal-lipid clinic fl-isptar qed idum madwar sitt xhur?
ONOR. LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ir-raġunijiet għalfejn appuntament fil-lipid clinic qed idum daqshekk ma jsir huma divers: L-ewwelnett il-clinic taħdem darba fil-ġimgħa u jkun hemm 17-il appuntament. Minn dawn sitta jkunu ġodda u l-oħrajn ikunu follow-ups. F'din il-clinic jattendi tabib wieħed biss u żewġ part-time nurses. Qed ikun hemm madwar 15-il new referral fil-ġimgħa. Bl-ħatra ta' konsulent ieħor fid-dijabete u l-endokrinoloġija, din il-klinika se tibda taħdem aktar spiss.
SAĦĦA - TINDIF FL-ISPTARIJIET
11631. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Karmenu Vella) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 10909, jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġitx tender għal xiri ta' equipment ta' tindif? Kemm sewa l-istudju li sar u min għamel l-istudju msemmi? Jista' l-Ministru jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra? Min u fejn se jipprovdi t-training meħtieġ? Din is-sistema hija orħos minn tender lil kuntrattur u, jekk m'hijiex orħos, kemm iffranka l-ministeru?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Dwar l-ewwel domanda nirriferi għat-tweġiba nru. 11372.
Dwar it-tliet domandi ta' wara nixtieq ngħid li dan l-istudju ġie mniedi mid-dipartiment tal-policy u ppjanar tas-saħħa, li huwa d-dipartiment fid-diviżjoni tas-saħħa responsabbli u nkarigat mir-riformi fil-qasam tas-saħħa kif ukoll mill-introduzzjoni ta' dawn ir-riformi. L-istudju sar abbażi ta' proġett pilota li kien ġie mniedi mill-istess dipartiment f'wieħed mill-isptarijiet tal-gvern.
Fost il-prijoritajiet ta' dan l-istudju kien hemm l-analisi tal-kwalita` u l-effiċjenza tat-tindif fl-isptarijiet, flimkien ma' l-opinjoni ta' l-istess ħaddiema fuq l-operat tax-xogħol tagħhom u l-aspettativa tagħhom għal futur fuq il-post tax-xogħol. Ġew ukoll analizzati r-riżultati miksuba mill-introduzzjoni tas-sistema bbażata fuq protokolli ta' tindif mibnija fuq flessibbilita` fuq il-post tax-xogħol. Barra li ttieħdet ukoll konsiderazzjoni ta' l-eżitu tal-kwestjonarji li kienu ġew imfassla fost il-ħaddiema ta' dan is-settur u l-infermiera responsabbli mis-swali fl-isptar. Mill-kummenti u r-rakkmandazzjonijiet li ħarġu minn dan l-istudju, jidher b'mod l-aktar ċar li s-sistemi ta' tindif tal-passat għandhom jiġu mwarrba u mibdula b'sistemi moderni u professjonali li jiffaċilitaw il-ħidma u l-operat tal-ħaddiema, filwaqt li jkunu ta' benefiċċju għall-klijenti tagħna. Il-kummenti u r-rakkmandazzjonijiet ta' dan l-istudju qegħdin annessi.
Rigward il-ħames domanda ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jiġi aċċertat li l-klijenti tagħna, flimkien mal-ħaddiema ta' dan is-settur, jibbenifikaw mir-riformi f'dan il-qasam, u anke s-servizz ta' l-indafa fl-isptarijiet jilħaq il-livell professjonali, ġiet ingaġġata persuna kkwalifikata f'dan il-qasam. Din il-persuna li ser tissejjaħ manager hospital cleaning service sejra tkun responsabbli mit-tmexxija u mill-in-service training tal-ħaddiema ta' dan is-settur. Għaldaqstant it-taħriġ kollu se jsir abbażi ta' protokolli u sistemi internazzjonali ta' l-ogħla livell imfassla apposta għal dan il-qasam. It-taħriġ se jsir fuq il-post tax-xogħol skond hands-on training.
Dwar l-aħħar żewġ domandi nirriferi għat-tweġibiet preċedenti, fejn diġa` għedt li l-kuntratt tad-tindif kien qed jiswa lid-dipartiment Lm600,000 fis-sena għall-Isptar San Luqa biss. Pero` s-servizz li sa issa ngħata taħt dan it-tender qatt ma laħaq l-aspettativa ta' ndafa li oriġinarjament kienet wara l-iskop li t-tindif ta' l-isptar jingħata lill-privat. Issa permezz ta' l-introduzzjoni ta' din ir-riforma huwa maħsub li dan is-settur jingħata rwol u miri ġodda li minnhom jibbenifikaw kemm il-klijenti tagħna kif ukoll il-ħaddiema.
Għalhekk, barra l-fatt li l-apparat ta' tindif li nxtara se jitqassam fl-isptarijiet tal-gvern kollha, jiġifieri ġewwa l-Isptar San Luqa, l-Isptar Boffa u l-Isptar Monte Carmeli, huwa kkalkulat li l-ammont li ntefaq, u ċioe` Lm105,000, għandu jiġi mifdi f'xi madwar ħames xhur.
MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor. Abela, mistoqsija supplimentari.
ONOR. CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-ħaddiema tal-kumpannija privata, hi min hi, li qabel kienu jagħmlu xogħol ta' tindif fl-isptar, kenux iqassmu wkoll l-ikel? Qed ngħid dan għaliex ġieli kont l-isptar inżur lil xi ħadd u kont nara nies bl-ilbies ta' din il-kumpannija jqassmu l-ikel. Issa hemm nies biżżejjed biex iqassmu l-ikel, jew bil-koperativa li twaqqfet dan l-aħħar l-istess nies li jnaddfu se jibdew iqassmu wkoll l-ikel?
MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LOUIS DEGUARA: Iva, Mr Speaker, nikkonferma li jiena stess ġieli rajt nies ta' kumpannija privata jqassmu l-ikel. Kif japprezza l-kollega tiegħi, wara li ttieħdet din il-miżura qed ikollna ċerti teething troubles, pero` irrid ngħid li mill-bidu nett, saħansitra sa mill-istadju ta' l-ippjanar, kellna l-backing taż-żewġ unions kbar li jirrappreżentaw lil dawn il-ħaddiema, jiġifieri l-GWU u l-UĦM, li taw l-approvazzjoni tagħhom u kkoperaw mija fil-mija biex din tirnexxi.
Ovvjament għad hemm numru ta' ħaddiema li għadhom m'humiex in post għaliex waħda mill-affarijiet li qalgħet ċerti problemi kienet li minkejja li fil-bidu dawn ir-riformi ġew spjegati lill-ħaddiema kollha, kien hemm numru ta' ħaddiema li ħarġu bis-sick leave u fil-fatt fl-ewwel ġurnata li nidejna din ir-riforma kien hemm protesta wkoll minn xi ħaddiema li b'irresponsabbilta` kbira ppruvaw ixewxu lill-kollegi tagħhom biex din ir-riforma ma tidħolx u ma tagħtix il-frott tagħha.
Kif kelli ċ-ċans nagħmel anke fil-budget debate tal-bieraħ, nixtieq nerġa' nirringrazzja liż-żewġ unions li meta raw x'qiegħed isir bagħtu lid-diriġenti tagħhom biex ifehmu lill-ħaddiema li minn din it-tip ta' riforma kellhom biss x'jiggwadanjaw, minbarra li jogħla wkoll il-livell fis-servizz. Għalhekk ovvjament, kif għedt fil-bidu, għad hemm numru ta' ħaddiema nieqsa f'din ir-riforma u għalkemm m'iniex informat, ma neskludix li xi wħud minn dawn il-ħaddiema li qegħdin ikunu in charge mill-cleaning qegħdin ukoll jgħinu lin-nurses biex jitqassam l-ikel. Pero` inkun nista' nivverifika u ninforma lill-Onor. Interpellant aktar tard.
MR SPEAKER: L-Onor. Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Mir-risposta li ta l-Ministru għandi nifhem li għad m'hemmx konklużjoni ta' x'se jiġri eżatt dwar it-tqassim ta' l-ikel, jew inkella għadu mhux deċiż jekk din għandhiex tkun ir-responsabbilta` ta' dan il-grupp ta' nies li jagħmlu l-cleaning duties?
MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LOUIS DEGUARA: Naħseb li hija ħaġa loġika li min ikun qiegħed inaddaf m'għandux iqassam l-ikel. Fil-fatt waħda mir-riformi li qegħdin nagħmlu hija li t-tqassim ta' l-ikel mhux biss ma jibqax ir-responsabbilta` tan-nurses jew tal-health assistants, imma nista' nikkonferma li ħarġet tender biex l-ikel u t-tqassim tiegħu ikun magħmul minn kumpannija privata. Kif għedt, ma nistax ngħid li din ir-riforma li qegħdin inniedu qiegħda taħdem mija fil-mija għas-sempliċi raġuni li għad hemm numru ta' ħaddiema nieqsa u għax, kif għedt fil-bidu, tajna perijodu ta' grazzja - sa Ġunju jew Lulju - biex il-ħaddiema jkunu kollha in post.
Naħseb li wieħed irid jifhem - il-bieraħ tkellimt ċar fuq dan waqt id-dibattitu li kellna fuq id-dikasteru tiegħi - li minkejja li l-poplu kien qiegħed jonfoq Lm600,000 fis-sena biex ikun hemm it-tindif, qatt ma ntlaħaq il-livell mixtieq. Naħseb li m'huwiex ġust li l-poplu Malti jibqa' jintalab iħallas dak l-ammont ta' flus meta fid-diviżjoni tas-saħħa hemm biżżejjed nies li l-job description tagħhom tinkludi dan ix-xogħol.
MR SPEAKER: L-Onor. Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Mr Speaker, filwaqt li nifhem li min inaddaf m'għandux iqassam ikel, ma nistax nifhem kif ix-xogħol tat-tindif li qabel kien isir minn kumpannija privata issa se jibdew jagħmluh in-nies tad-dipartiment filwaqt li l-ikel se jgħaddi f'idejn il-privat. Nixtieq inkun naf jekk sarx studju dwar jaqbilx jew le li l-ikel ta' l-isptarijiet jgħaddi f'idejn il-privat u, jekk iva, x'se jkun il-benefiċċju ta' dan, anke mill-aspett finanzjarju.
MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LOUIS DEGUARA: Nista' ngħid li d-deċiżjoni li mmorru għall-outside caterers ittieħdet miż-żewġ gvernijiet. Jiġifieri meta l-partit fl-oppożizzjoni kien fil-gvern u meta aħna konna ppjanajna l-isptar il-ġdid, iż-żewġ amministrazzjonijiet konna ħadna d-deċiżjoni li fil-bini ta' l-isptar il-ġdid ma jkunx hemm kċejjen imma jkun hemm biss storage fejn jitqassam l-ikel. Nistgħu ngħidu li llum l-ebda sptar fid-dinja li qed jinbena ġdid - u anke numru sostanzjali minn dawk l-isptarijiet li ilhom in eżistenza għal ħafna żmien - m'hu qed ikollu kċina tiegħu.
Apparti dawn in-normi internazzjonali, wieħed ukoll irid japprezza li biex ikollok space biex tagħmel l-ikel - għaliex dan it-tender ma jkoprix l-ikel biss ta' l-Isptar San Luqa jew l-isptar il-ġdid imma se jkopri eventwalment l-ikel tal-homes u l-isptarijiet l-oħra kollha .... Dawn huma sistemi li qegħdin jimmiraw għal cost effeciency kbira, kif fil-fatt għamilna fil-qasam tal-laundry. Il-laundry m'għadhiex taħdem biss għall-San Luqa min iħaddimha applika biex jieħu tender ġewwa l-isptar ta' Għawdex.
Dwar cost effectiveness f'dawk l-affarijiet, kemm-il darba semmejt hawnhekk li fejn qabel, per eżempju, biex taħsel liżar jew investa kien jiswilna Lm1.17 u ġewwa l-isptar ta' Għawdex għadu jiswa Lm1.50, minn mindu ġiet in vigore il-koperativa tal-laundry dawn qegħdin jiswew lill-poplu Malti 10c biss u l-ħasla qed issir hija ferm aħjar.
Rigward l-ikel, kif għedt, biex ikollok set-up suret in-nies trid madwar 5,000 metru kwadru ta' spazju fejn tkun tista' talloka l-kċina u trid ukoll numru sostanzjali ta' nies li jkunu trained biex jipproduċu din il-kwalita` ta' ikel fuq tip ta' conveyer kif isir barra minn Malta wkoll. Hawnhekk irrid ngħid li biex is-set-up u l-apparat li għandna aħna jiġu adattat għal dawn is-sistemi ġodda, kien jinvolvi spiża kapitali ta' Lm2.5 miljun.
Waħda mill-affarijiet li qiegħed jistabilixxi l-catering tender huwa l-fatt li l-ħaddiema se jingħataw l-għażla li jew jibqgħu jiġu ngaġġati kif inhuma llum maċ-ċivil jew inkella jingħaqdu ma' dak li jkun rebaħ dan il-kuntratt, b'kondizzjonijiet ferm aħjar. Ovvjament l-esperjenza mhux biss f'pajjiżna imma barra minn Malta wriet li in the long run dawn is-sistemi dejjem ikunu iktar effiċjenti mil-lat ta' cost, għandek iktar kontroll fuq il-kwalita` u s-sodisfazzjon tal-pazjent dejjem ikun ferm għoli.
Irrid ngħid li dawk li jipprovdu l-ikel ġewwa l-isptarijiet barra minn Malta huma l-istess tenderers li jipprovdu l-ikel lill-4 or 5-Star hotels. Jiġifieri malli tibda titħaddem din is-sistema, wieħed jistenna li jkun hemm qabża fil-kwalita` ta' l-ikel u jkun hemm improvement drammatiku fis-servizz li jingħata.
MR SPEAKER: L-Onor. Francis Agius, mistoqsija supplimentari.
ONOR. FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, kif qal tajjeb il-Ministru, il-kwalita` ta' l-ikel se togħla għal-livell ta' lukanda 4 jew 5-Star, pero` peress li qed nitkellmu fuq sptar xtaqtu forsi jagħtina xi ftit informazzjoni dwar kif id-dipartiment se jassigura li jkun hemm ikel differenti għal min ikun qiegħed fuq dieta, per eżempju, ikel għal min ikun diabetiku, eċċ.
MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LOUIS DEGUARA: Jekk wieħed iħares lejn dak li ġie mitlub fit-tender document isib li waħda mill-ispecifications kienet tgħid li min jiġi awarded it-tender irid mhux biss jipprovdi menu varjat imma jrid ipprovdi wkoll il-calorific value ta' kull platt li qiegħed jagħmel u allura meta wieħed ikun qiegħed ifassal dawn it-tip ta' dieti tingħata attenzjoni partikolari għal, per eżempju, dawk li jbatu bid-dijabete, bil-pressjoni, eċċ.
Rigward ċertifikazzjoni ta' kwalita`, naħseb li hija responsabbilta` l-ewwelnett tal-kuntrattur li jara li l-ikel li jipprovdi jkun up to specification, u t-tieni nett, għal dak li għandu x'jaqsam ma' assessment ta' kwalita`, se tibqa' wkoll parti mir-responsabbilta` tad-diviżjoni tas-saħħa, permezz tal-health inspectors. Dawn il-health inspectors se jiżguraw li l-ikel li jqassam it-tenderer ikun ta' kwalita`, in accordance with the specifications mentioned in the tender document.
SAĦĦA - AIDS
11707. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi pazjenti li għandhom l-AIDS qed jingħataw il-karta r-roża u huma ntitolati għal mediċini b'xejn, jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa din il-kura fuq medda ta' sena?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża medja ta' mediċini b'xejn li jingħataw lill-pazjenti morda bl-AIDS hija ta' Lm4,500 għal kull pazjent fuq medda ta' sena.
SPTAR MONTE CARMELI - SPEĊJALISTI
11718. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Michael Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 14-il xahar ġewx speċjalisti minn barra minn Malta ħalli jagħtu pariri dwar is-settur forensiku u swali oħra fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, min huma dawn l-ispeċjalisti? Xi kwalifiki għandhom? Xi ħlasijiet saru s'issa lil dawn l-ispeċjalisti? Jekk hemm xi kuntratt ma' dawn l-ispeċjalisti, jista' l-Ministru jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Saru kuntatti ma' l-Edenfield centre adult forensic mental health service f'Manchester matul din is-sena rigward training ta' staff kemm fil-forensika kif ukoll fis-secure unit. Il-psikjatra li magħha sar kuntatt hija Dr. Josianne Holloway, managing consultant f'dan iċ-ċentru. Dr Holloway hija konsulenta psikjatrika mħarrġa u appuntata fil-branka tal-psikjatrija forensika. Din, f'Awissu 1999, waqt li kienet Malta a spejjeż tagħha, żaret l-ipstar u ltaqgħet ma' diversi professjonisti.
Permezz ta' Dr. Holloway, għamilna kuntatt ukoll mas-Sur Paul Tarbuck, li huwa director of forensic and high dependency services fil-John Denmark Unit f'Manchester. Dan l-individwu huwa mill-professjoni tan-nursing u kien iċ-chairman tar-Royal College of nursing forensic mental health fl-Ingilterra. Għandu interess fil-kura tal-mental disorders. Dan ukoll, waqt li kien Malta f'Ottubru 1999 a spejjeż tiegħu, żar l-isptar tagħna.
Sa issa, Dr. Holloway, bl-għajnuna ta' diversi membri oħra ta' l-Edenfield centre issottomettiet diversi proposti ta' training li qegħdin jiġu kkonsidrati. Ma saru l-ebda ħlasijiet u ma jeżisti l-ebda kuntratt. Kwalunkwe deċiżjonijiet fir-rigward ta' dan il-proġett jittieħdu mid-diviżjoni tas-saħħa skond il-proċeduri li normalment jintużaw.
MR SPEAKER: L-Onor. Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.
ONOR. CARMELO ABELA: Nistaqsi lill-Ministru jekk Dr Holloway hijiex ta' nazzjonalita` Maltija?
MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini ngħid li m'għandix id-dettallji.
SPTAR MONTE CARMELI - TRASFERIMENT TA' PAZJENTI
11719. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Michael Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti fl-aħħar xahar ġew trasferiti bil-lejl minn male ward 2 għal sala oħra fl-Isptar Monte Carmeli għax ma kellhomx sodod fejn jorqdu?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Ma ġie ttrasferit l-ebda pazjent minn male ward 2 minħabba nuqqas ta' sodod. Kien hemm pazjent wieħed biss li matul Novembru 1999 kellu jintbagħat jorqod f'ward oħra barra ward 2. Dan sabiex jiġi assigurat li f'ward 2, li hija l-ward akuta ta' l-irġiel, ikun hemm sodod vojta disponibbli f'każ ta' ammissjoni urġenti.
SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI
11722. L-ONOR. CARMELO ABELA (f'isem l-Onor. Michael Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod f'kull sala ta' l-irġiel u tan-nisa, inkluża is-secure unit u s-sala numru 10 irġiel, fl-Isptar Monte Carmeli?
ONOR. LOUIS DEGUARA: B'risposta għal mistoqsija parlamentari numru 11722 in-numru tas-sodod huwa dan li ġej:-
-
MW2
|
- 27
|
FW2
|
- 40
|
Secure Unit
|
- 4
|
|
|
MW3A
|
- 52
|
F3
|
- 11
|
MW3B
|
- 42
|
FW5A
|
- 43
|
MW5
|
- 35
|
FW5B
|
- 47
|
MW6
|
- 37
|
FW6
|
- 35
|
MW7
|
- 29
|
FW7
|
- 38
|
MW8
|
- 20
|
FW8
|
- 40
|
JW
|
- 20
|
FW10
|
- 30
|
YPU(M)
|
- 5
|
HWH(F)
|
- 18
|
HWH(M)
|
- 17
|
YPU(F)
|
- 4
|
Xi single rooms fl-ex-male ward 10 jintużaw għall-priġunieri.
MR SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. Tqegħid ta' Karti? Stqarrijiet ministerjali? Mozzjonijiet? Ordnijiet tal-Ġurnata.
Dostları ilə paylaş: |