ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-programm jikkonsisti f'dawn:
- Diagnostic survey
- Interim programme
- Kampanja Nazzjonali favur il-qari
- On-going in-service training għall-Għalliema
- Żvilupp professjonali għat-teachers f'dan il-qasam.
Il-fondi monetarji u taħt forom oħra ġew allokati minn diversi sorsi għal dan il-programm. Fost dawn insibu:
- UNESCO
- Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali
- Diviżjoni tal-Edukazzjoni
- Fakulta' ta' l-Edukazzjoni tal-Universita' ta' Malta.
Il-konkorrenza kienet tajba ħafna tant li f'Ġunju għandu jinbeda Pilot Study biex jiġu identifikati - postijiet li l-aktar għandhom bżonn ta' għajnuna f'dan il-qasam. Ta min iżid li qed ngħinu NGO's oħra involuti f'dan il-qasam bħal Dar Fidi u Ġustizzja.
TA' QALI - PARK NAZZJONALI
13842. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-irwol tas-Sur Massimo Ellul fit-tmexxija tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali? Jista' l-Ministru jgħid kif is-Sur Ellul ingħata dan l-inkarigu?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ir-rwol tas-Sur Massimo Ellul fil-kumitat tat-tmexxija tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali huwa ta' konsulent. Dan l-inkarigu ngħata mill-Ministeru fuq parir tal-Kumitat tal-Park Nazzjonali.
KAMRA TA' L-AĦBARIJIET
13843. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba tal-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 9168, jista' jgħarraf lill-Kamra f'liema fażi ta' taħriġ ġurnalistiku waslu ż-żewġ research assistants li minn Ġunju 1997 ma baqgħux jagħmlu xogħol klerikali u bdew jagħmlu x-xogħol ta' reporters?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat li ż-żewġ Research Assistants li qed jagħmlu xogħol ta' reporters fiċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet tal-PBS qed jagħmlu progress sodisfaċenti fit-taħriġ tagħhom.
It-taħriġ mistenni jkompli, jekk hemm bżonn anke permezz ta opportunitajiet li jista jkun hemm barra minn Malta.
ĊENTRU TA' L-AĦBARIJIET - RESEARCH ASSISTANTS
13844. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien jinvolvi x-xogħol ta' Research Assistants fiċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet; u jekk dan ix-xogħol hux qed isir fil-preżent minn xi ħadd ieħor?
ONOR. ALFRED SANT: Research Assistant fiċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet toffri
għajnuna fil-qasam tal-produzzjoni u fit-tħejjija ta' l-Aħbarijiet.
Fil-preżent, ix-xogħol ta' Research Assistant qed isir minn impjegati tal-PBS fuq bażi kontributorja.
REPORTS ĠODDA
13845. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta nħarġet il-call for applications interna sabiex jibda jsir taħriġ ta' reporters ġodda? Kemm kien hemm applikazzjonijiet u min applika?
ONOR. ALFRED SANT: Ma saret l-ebda sejħa nterna fil-PBS biex jibda jsir
taħriġ ta' reporters ġodda.
RESEARCH ASSISTANTS - TAĦRIĠ ĠURNALISTIKU
13846. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-taħriġ ġurnalistiku li qed jingħataw ir-Research Assistants u min qed iħarriġhom jikkonferma li waqt li qed jingħataw it-taħriġ, iż-żewġ Research Assistants diġa' qed jitħallsu r-remunerazzjoni tal-grad ta' reporters?
ONOR. ALFRED SANT: Ir-Research Assistants fiċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet kienu
għamlu diversi xhur ta' taħriġ on the field meta kienu joħorġu fuq coverages ma reporters stabbiliti tal-PBS.
Kienu għamlu wkoll perjodu ieħor ta' żmien jagħmlu xogħol relatat ma l-Aħbarijiet fuq ġewwa. Għandu jingħad ukoll, li waħda mir-Research Assistants qed tagħmel kors ġurnalistiku għal rasha ma istituzzjoni barranija.
Kif bla dubju ta xejn japprezza l-Onor. Interpellant, hi prattika stabbilita, kemm tal-Liġi Industrijali in ġenerali, kif ukoll proċedura miftiehma fil-Ftehim Kollettiv ta' l-istess PBS, li meta persuna tagħmel xogħol ta' grad ogħla minn tagħha, din trid tingħata s-substitution pay.
SPTAR TAL-QROQQ - TENDER GĦAL MEDICAL PLANNERS
13847. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm offerti għal tender għal medical planners in konnessjoni mal-bini ta' sptar f'Tal-Qroqq u liema kienu dawk il-planners li t-tender tagħhom kienet aċċettata?
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender kenitx awarded? Jekk le, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni? Jekk it-tender m'hux se tkun awarded, jista' jgħid xi pjanijiet għandu sabiex ix-xogħol ta' ppjanar u auditing li kellhom jagħmlu dawn il-health planners isir issa li hu meħtieġ?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Kien hemm sitt offerti għal tender ta' medical planners in konnessjoni mal-bini tal-iSptar f'Tal-Qroqq. Dan it-tender ma kienet awarded lil ħadd.
PBS - ANNOUNCER
13848. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, Newscaster ta' l-Aħbarijiet bl-Ingliż fuq il-Public Broadcasting Services, hijiex l-istess announcer u preżentatriċi ta' fuq l-istazzjoni tar-Radju tal-Partit Nazzjonalista, Radio 101?
Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jinħoloq preċedent ma' l-impjegati tal-PBS u jekk l-istess impjegati jistgħu allura jagħmlu xogħol part-time ma' stazzjonijiet privati u/jew politiċi oħra?
Jekk le, jista' jgħid x'passi se jittieħdu biex dan l-abbuż ma jibqax iseħħ?
ONOR. ALFRED SANT: Minn żmien għal żmien il-PBS, bħal kull ażjenda kummerċjali, jiħtiġilha tiġbed l-attenzjoni ta' min ikun qiegħed b'xi mod imur kontra l-policy tagħha, speċjalment fil-qasam kompettitiv tar-radju u t-televiżjoni.
Dan jgħodd partikolarment għall-għoti ta' servizzi u dmirijiet oħra fuq bażi regolari.
Kull meta jinqala xi każ li dwaru l-Management tal-PBS innifsu jkun intebaħ jew tinġibidlu l-attenzjoni minn ħaddieħor, tittieħed l-azzjoni li jkun hemm bżonn - bi prudenza u bla detriment għall-istess interessi tal-kumpanija.
Il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant qiegħed bl-istess mod jiġi mistħarreġ.
ŻEJTUN - TRIQ IS-SINISKALK - DRENAĠĠ
13849. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq is-Siniskalk, fiż-Żejtun jkollha s-servizz tad-drenaġġ?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
MIA - ĦANUT TA' L-AIR SUPPLIES
13850. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13210 u għat-tweġiba mogħtija fis-Seduta Nru. 203, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ġranet li qed jirriferi għalihom fit-tweġiba kif ukoll liema huma l-festi internazzjonali?
ONOR. KARMENU VELLA: Ma jidhirx li huwa prattikabbli li jingħata pre-avviż ta' xi programm ta' din ix-xorta, iżjed u iżjed minħabba l-fatt li f'dan it-tip ta' rikorrenzi il-ħtieġa ta' tibdil fil-programm ta' Public Relations tkun pjuttost spissa.
Hemm il-ħsieb li jkunu kkommemorati wkoll, il-Jum Nazzjonali Taljan, bejn is-26 ta' Mejju u s-7 ta' Ġunju, US Independence bejn id-29 ta' Ġunju u t-12 ta' Lulju, il-Jum Nazzjonali Franċiż bejn it-13 ta' Lulju u 26 ta' Ottubru, l-October Fest Ġermaniża bejn it-28 ta' Settembru u l-4 ta' Ottubru u Jum St. Andrews ta' l-Iskozja bejn it-23 ta' Novembru u 29 ta' Novembru.
PASSAĠĠI PUBBLIĊI FIL-KAMPANJA - KLIEM RTO MAL-ĦITAN
13851. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13639, jistgħu jiġu ndikati uffiċjalment dawk il-passaġġi pubbliċi fil-kampanja ta' l-Imtaħleb, il-Baħrija, Selmun u Ħad-Dingli li verament għandhom il-permess li jkunu riservati bħala RTO (Right to owner)? Jista' l-Ministru jgħid lil min huma riservati u jista' jindika dan permezz ta' pjanti separati?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Għalkemm ma jinżammux records ta' passaġġi pubbliċi, propjeta' tal-Gvern li fuqha jkun hemm xi dritt ta' passaġġ dejjem tiġi mikrija bħala soġġetta għal dan id-dritt.
NAR TAL-FESTI
13852. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 13631 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kemm minn dawn il-multi ġew riferuti b'rakkomandazzjoni għal xi maħfra jew tnaqqis minnhom mill-President ta' Malta? Kemm fil-fatt ġew maħfura jew ridotti?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor. Interpellant li persuna waħda minn dawk indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.13098 ressqet talba għall-maħfra Presidenzjali. Din it-talba kienet ġiet milqugħa.
GĦAR LAPSI - CAR PARK
13853. L-ONOR. BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi mkabbar u mtejjeb il-car park u l-inħawi tiegħu f'Għar Lapsi? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Saru pjanti biex jitkabbar il-car park u jissebbħu l-inħawi tiegħu f'Għar Lapsi. Sadanittant ġiet sottomessa applikazzjoni għall-permessi meħtieġa ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar.
ŻURRIEQ - APPARTAMENTI
13854. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-flats li jinsabu fi Blk E, Flat 3 u Flat 4, u Block C, Flat 1, fil-Housing Estate il-ġdid ta' Triq il-Wied, fiż-Żurrieq ġewx allokati u fil-każ li fl-affermattiv, lil min?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Dawn il-flats ġew allokati.
LIĠI TAĊ-ĊENSURA
13855. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se sseħħ ir-riforma fil-liġi taċ-ċensura biex tkun aktar kompatibbli għal dan iż-żmien?
ONOR. ALFRED SANT: Il-proposti li kienu saru minn membru tal-Bord taċ-Ċensura tal-Films u tal-Palk dwar tibdiliet fil-kodiċi u r-regolamenti li jigvernaw iċ-ċensura tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta. Dawn il-proposti ser jiġu wkoll imxandra biex il-pubbliku jkun jista' jagħti l-opinjoni u veduti tiegħu biex wara l-Gvern ikun f'pożizzjoni li jista' jifformola politika iktar moderna fuq is-suġġett stante li r-regolamenti pertinenti huma antiki 'l fuq minn sittin sena.
DIRGĦAJN IL-MALTIN - IMPJEGATI
13856. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'differenza tgħaddi minn grupp ta' nies li kienu jaħdmu fid-Dirgħajn il-Maltin li nofshom ġew intitolati għas-somma u n-nofs l-ieħor madwar 14,000 familja ma kienux intitolati?
ONOR. EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor. Membru jkun aktar speċifiku dwar liema "somma" qed jirreferi sabiex, jekk dan is-suġġett jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi, nkun nista' nagħti t-tweġiba meħtieġa.
PJAN STRUTTURALI
13857. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħroġ il-Pjan Strutturali ġdid ta' Malta? Jista' jgħid jekk hijiex se tingħata l-opportunita' li l-pubbliku jressaq l-ilmenti tiegħu qabel dan jiġi ppubblikat?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
PBS - RESEARCH ASSISTANT
13858. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li waħda mir-Research Assistants, li isimha qed jintbagħat separatament, u li issa qed tagħmel xogħol ta' Reporter ingħatat xahar leave speċjali qabel l-elezzjoni li għaddiet mill-PBS, sabiex tkun tista tagħmel xogħol fil-kampanja elettorali tal-MLP?
ONOR. ALFRED SANT: Jien infurmat li, l-persuna msemmija qatt ma ngħatat leave speċjali la kemm ilha mpjegata mill-kumpanija u lanqas meta kienet mat-Telemalta.
Kwalunkwe leave li qatt ħadet kien dejjem approvat mis-superjuri tagħha.
Bla dubju, l-Onor. Interpellant japprezza li dak li tagħmel persuna waqt il-leave tagħha mhux sindakabbli minn min iħaddem.
PBS - SERVIZZI TA' UFFIĊĊJU LEGALI
13859. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn Ottubru 1996 'l hawn il-PBS għamlitx użu mis-servizzi ta' l-uffiċċju legali ta' l-avukat li ismu qed jintbagħat separatament? Kemm ħallset għal dawn is-servizzi?
ONOR. ALFRED SANT: Jien infurmat li, l-PBS għamlet użu mis-servizzi ta' l-uffiċċju legali ta' l-avukat imsemmi fuq każ wieħed.
Il-ħlas għal dan is-servizz partikolari kien ta' Lm1,391.
ŻEBBUĠ - TRIQ IT-TWILA - CABLE TA' L-ELETTRIKU
13861. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jistħarreġ kif qed jitqiegħed cable ġdid ta' l-elettriku mill-Korporazzjoni Enemalta ma' ħajt ta' dar li se titwaqqa' minħabba l-ħsara li fiha fi Triq it-Twila kantuniera ma' Triq Paris, f'Ħaż-Żebbuġ? Jista' l-Ministru jordna li dan il-cable mhux biss jiġi spustjat iżda wkoll li jitneħħew il-cables eżistenti u kull wire ieħor ma' din id-dar li qegħda f'periklu mminenti li taqa'? Qed nibgħat separatament ir-rapport tal-perit dwar l-istat ta' din il-kamra u Estratt mill-Minuti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fejn turi l-approvazzjoni li titwaqqa' l-kamra msemmija b'App. Nru. PA 3185/97.
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni qatt ma ġiet mgħarrfa li d-dar li magħha tpoġġew il-cables imsemmija mill-Onor. Membru kienet ser titwaqqa. L-Enemalta ser tieħu l-passi meħieġa biex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jitkompla skond il-proċeduri stabbiliti.
EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA LI RRIŻENJAT MIX-XOGĦOL
13862. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament flimkien ma' korrispondenza relattiva, terġa' tidħol lura fl-impjieg bżonnjuż fid-Dipaartiment ta' l-Edukazzjoni peress li sal-lum għadha ma ngħatatx risposta dwar id-dħul lura tagħha mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni wara li minħabba raġunijiet familjari u saħħa kienet rriżenjat u ma applikatx għall-unpaid leave matul Novembru tas-sena l-oħra? Jista' l-Ministru jara li dan il-każ jitħaffef mingħajr aktar dewmien?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata kienet irriżenjat mis-servizz b'effett mill-5 ta' Novembru 1997 permezz ta' ittra mibgħuta minnu. Fid-9 ta' Diċembru 1997 l-istess persuna talbet li terġa' tingħata permess tidħol lura għax-xogħol tagħha bħala għalliem. Fit-12 ta' Jannar 1998 saret talba lill-Management and Personnel Office tal-Uffiċju tal-Prim Ministru mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni biex din il-persuna titħalla terġa' tidħol lura għax-xogħol li kellha qabel irriżenjat. Fil-5 ta' Frar 1998 din il-persuna intalbet tissottometti ċertifikat mediku li ġie mmedjatament mgħoddi lill-MPO. Sal-lum id-Diviżjoni għadha qed tistenna risposta fuq it-talba li saret biex il-persuna tiġi re-instated.
ĦITAN TAS-SEJJIEGĦ
13863. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni meta ħajt tas-sejjiegħ ikun ħadu l-maltemp jew ikun twaqqa' mill-impjegat tal-gvern biex titwessa xi triq u preżentament ikun bil-kantuni tal-ġebel franka, u ċioe' jekk dawn il-ħitan oriġinarjament tas-sejjiegħ għandhomx jerġgħu jsiru hekk mill-ġdid?
ONOR. GEORGE VELLA: Hija dejjem ir-responsabbilita' tas-sid li jibni jew isewwi l-ħajt tas-sejjieħ, ma dan kollu l-Gvern dejjem għen lill-bdiewa meta kien hemm xi maltempata mhux tas-soltu u għamlet ħsarat fil-ħitan tas-sejjieħ, speċjalment dawk li naħa minnhom tkun tmiss mat-triq pubblika.
Rigward dawk il-ħitan li kienu twaqqgħu minn impjegati tal-Gvern biex titwessa xi triq, din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni.
Hija x-xewqa li fejn jistgħu jsiru tas-sejjieħ kif kienu oriġinarjament, ikun aħjar.
SERVIZZ ĊIVILI - SKRIVANI
13864. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-eżami ta' clerks mas-Servizz Ċivili u r-riżultat tiegħu li ħareġ f'Settembru 1997 huwiex se jiġi estiż għall-perjodu ieħor?
ONOR. ALFRED SANT: Jiena nfurmat illi r-riżultat ta' l-eżami għal Clerks mas-Servizz Pubbliku, fil-fatt, ħareġ fis-17 ta' Ottubru 1997.
Il-perjodu ta' validita tar-riżultat, li normalment ikun ta' sena, ġie estiż b'sena. Ir-riżultat sejjer għaldaqstant jibqa validu sas-17 ta' Ottubru 1999.
DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KAŻ L 404/85/J/12
13865. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-kumpens spettanti lill-werrieta fil-każ rapportat fil-L 404/85/J/12 in konnessjoni ma' l-eredi tal-mejjet, li ismu qed jintbagħat separatament, wara li ġew meħuda tliet porzjonijiet ta' art numri 48, 49 u 50, il-Laqxija u 5, Alley 2, Laqxija, Birkirkara?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Rigward 5, Alley 2, Laqxija, B'Kara, issa li s-sistema ġdida, li biha d-dipartiment qed jinkariga avvukati privati biex jistabilixxu is-sidien ta' proprjeta' esproprjata, bdiet taħdem, il-każ relattiv se jingħata lil wieħed minn dawn l-avvukati biex jitħaffu l-proċeduri relattivi.
Dwar il-proprjeta' l-oħra ikun aħjar li s-sidien imorru d-dipartimet tal-Artijiet biex juru t-titolu billi jidher li s-sidien tal-fondi in kwistjoni mill-ewwel taħriġ huwa differenti għal dak li qed jindika l-Onor. Interpellant.
GĦAWDEX - L/O NADUR - DAWL
13866. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li jidħol is-servizz tad-dawl għand tmien familji kollha Camilleri f'Ramla Rd, Ramla, l/o Nadur li nifhem li huma l-uniċi nies f'Għawdex li għadhom mingħajr is-servizz tad-dawl?
ONOR. LEO BRINCAT: It-talba għad-dawl għall-familja Camilleri u oħrajn qiegħda tkun ikkunsidrata skond ir-Regolamenti ta' Provvista ta' l-elettriku.
MAGĦTAB - TRIQ SAN ĠWANN - ĦAJT PERIKOLUŻ
13867. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara li r-retaining wall li jinsab fi Triq San Ġwann, fil-Magħtab li qed iċedi u huwa perikoluż ħafna jiġi rranġat kemm jista' jkun malajr?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol mitlub mill-Onor. Interpellant tlesta.
BUĠIBBA - TRIQ IT-TURISTI - ENFORCEMENT NOTICES
13873. L-ONOR JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx enforcement notice jew stop notice fuq xi parti tal-block Executive Suite fi Triq it-Turisti, f'Buġibba? Jista' jgħid fiex waslu dawn l-enforcement notices?
ONOR. GEORGE VELLA: Is-sitwazzjoni rigward il-Block Executive Suite, Triq it-Turisti, Bugibba għadha l-istess kif spjegata fir-risposta Parlamentari Numru 2308. L-appell li sar minn terzi persuni, kontra l-permess mogħti fuq is-sit in kwistjoni għadu pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.
BUĠIBBA - TRIQ IT-TURISTI - DAWL
13874. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartament fl-aħħar sular tal-block Executive Suite fi Triq it-Turisti, f'Buġibba ingħatax il-provvista tad-dawl minkejja li dawn huma bla permess? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għall-għoti ta' dan il-permess?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta ma rċeviet l-ebda applikazzjoni biex tiġi estiża l-provvista ta' l-elettriku fl-appartament indikat mill-Onor. Membru.
Saru diversi tentattivi biex issir spezzjoni f'dan l-appartament, iżda dejjem instab magħluq. Jidher li dan il-post jintuża biss fis-sajf.
Il-Korporazzjoni Enemalta qed tistenna l-opportunita' biex tagħmel il-verifiki tagħha. Nagħti d-dettalji relevanti meta jkun magħruf ir-riżultat ta' dawn il-verifiki.
DJAR - BENEFIĊĊJI FINANZJARJI
13875. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jistħarreġ il-possibbilta' li jkun possibbli li anzjani li joqogħdu ma' qraba jkunu huma wkoll intitolati għall-benefiċċji finanzjarji sabiex jitjiebu l-kondizzjonijiet strutturali fid-dar li jkunu jabitaw?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar huma intiżi biex jgħinu lil dawk li għandhom titolu legali fuq il-fond cioe' l-inkwilini konoxxuti jew sidien li jgħixu fil-fond.Għaldaqstant f'każ simili jistgħu japplikaw l-okkupanti legali fil-fond.
BAĦRIJA L/O RABAT - RAĦAL TA' ŻMIEN IL-BRONŻ
13876. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tagħrif għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar fdalijiet ta' raħal ta' żmien il-Bronż fuq il-Qlejgħa, fil-Baħrija limiti tar-Rabat, li dan l-aħħar ġie ddikjarat bħala ta' Klassi A skond it-termini tal-policy ARC2 tal-Pjan ta' Struttura?
ONOR. GEORGE VELLA: L-informazzjoni li għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward il-fdalijiet ta' raħal ta' żmien il-Bronż fuq il-Qlejgħa tal- Baħrija huma minn rapporti dwar studji u xi skavi żgħar li saru mill-arkeoloġi Ingliżi T.E. Peet fl-1909 u David Trump fl-1959. Barra minn hekk l-Awtorita' għandha wkoll informazzjoni minn stħarriġ li kienet ikkummissjonat sabiex tiġbor inventarju ta' siti arkeoloġiċi in konnessjoni mal-Pjan Lokali tal-Majjistral ta' Malta. Dab is-sit, flimkien ma' oħrajn ġie skedat bħala `Area' ta' importanza Arkeoloġika kif pubblikat fil-gażżetta tal-Gvern tat-3 t'April, 1998.
Minn dawn l-iskavi rriżulta li fuq din il-għolja kien hemm villaġġ ta' żmien il-Bronż. Dan kien jikkonsisti f'għerejjex imħaffra ġo l-art bl-art tat-torba u bil-ħitan mibnija bi blokki ta' tafal u ħaxix minsuġ. Instab għadd ta' fuħħar tal-fażi tardiva ta' żmien il-bronż (ca. 1600-900 sena Qabel Kristu), figuri antropometriċi u ta' annimali, kif ukoll oġġetti tal-bronż bħal brazzuletta, ċurkett u labra. Barra minn hekk instabu wkoll silos għall-ħażna ta' ikel u xorb, apparat li għandu x'jaqsam ma' l-insiġ bin-newl, fuklar tat-tafal, kif ukoll hemm mehriżijiet u ġebel ta' mtieħen ta' l-idejn fil-ħitan tas-sejjieħ. Instabu wkoll xi megaliti u amulet ta' żmien iktar bikri, jiġifieri żmien it-Tempji. Fil-1960 ġo għar fil-ġenb ta' l-għolja nstabu wkoll xi fdalijiet ta' fuħħar ta' żmien it-Tempji.
Bħal issa ħafna mill-art fuq Il-Qlejgħa hija agrikola. L-iskedar jaħseb sabiex fil-waqt li din l-attivita' tista' tkompli għaddejja hemm bżonn ta' kontoll sabiex fdalijiet li għadhom preservati taħt il-ħamrija jiġu preservati u protetti minn kull possibilita' ta' distruzzjoni.
BAĦRIJA L/O RABAT - GĦAR TA' ŻMIEN IL-BRONŻ
13877. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif għandu d-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar għar ta' żmien il-Bronż, fil-Qlejgħa, il-Baħrija limiti tar-Rabat, li dan l-aħħar ġie ddikjarat bħala ta' Klassi B skond it-termini tal-policy ARC2 tal-Pjan ta' Struttura?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għar imsemmi ġie investigat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fil-1959 u r-riżultati ta' dan l-iskav ġew ippublikati minn Dr David Trump. Minn dawn l-investigazzjonijiet irriżulta li l-għar imsemmi kien ġie okkupat fiż-żminijiet preistoriċi, kif ukoll fi żminijiet storiċi iktar riċenti.
Fiż-żona tal-Qlejgħa, fil-Baħrija, jinstabu diversi fdalijiet arkeoloġiċi, taż-żminijiet preistoriċi ta' mportanza kbira. Dawn il-fdalijiet fuq l-għolja tal-Qlejgħa ġew kollha skedati mill-Awtorita' tal-Ippjanar fit-3 ta' April 1998.
IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL
13878. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-nies li qabel kienu jaħdmu għal rashom li bdew jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar ta' Marzu?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta' nies li kienu self employed u bdew jirreġistraw għax-xogħol f'Marzu 1998 kien ta' 68.
PROPRJETAJIET - ESPROPRJAZZJONI
13896. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħareġ l-avviż għal ftehim skond il-liġi wara li ġew esproprjati l-proprjetajiet li, d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament? Japprezza l-Ministru li l-proprjetarji li isihom qed jintbagħat separatament huma nies bi ftit mezzi u dan id-dewmien qed jikkawża preġudizzju?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nista ngħid li s-sistema l-ġdida, li biha d-Dipartiment qed jinkariga avukati privati biex jistabilixxu s-sidien ta' proprjeta' espropjata, bdiet taħdem, u għalhekk hu mistenni li kemm dawn iż-żewġ każi kif ukoll każi oħra ta' esproprju pendenti se jitħaffu.
GĦAQDIET SPORTIVI
13897. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għaqdiet All Wheel Drive Club u l-Four By Four, ma tħallewx ikomplu jipprattikaw off roading f'Selmun fejn kienu ilhom jagħmlu dan għal aktar minn 15-il sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-għaqdiet imsemmijin mill-Onor. Interpellant ma tħallewx ikomplu jipprattikaw l-Offroading f'Selmun minħabba l-ħsara li kienet qed issir lill-ambjent. Dawn ġew offruti sit alternattiv minnflok dak ta' Selmun.
PIXXINA NAZZJONALI - MANAGER
13898. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, bħala Manager tal-Pixxina Nazzjonali? X'remunerazzjoni se tirċievi għal dan ix-xogħol? X'karigi kellha din il-persuna f'dawn l-aħħar għaxar snin? Għal kemm perijodu u f'liema taqsimiet tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kienet?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant intgħażlet fil-Bord tat-tmexxija ad interim tal-Pixxina Nazzjonali kemm biex jagħti pariri tekniċi u wkoll biex tiġi żgurata l-kontinwita'.
M'hemmx remunerazzjoni għal dan ix-xogħol.
Matul l-aħħar għaxar snin il-persuna ndikata serviet bħala Assistent Kap u Kap fi Skejjel Primarji u wkoll bħala Kap tas-Swimming Promotions Unit fil-Pixxina Nazzjonali.
BANK ĊENTRALI - GVERNATUR
13899. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li hu magħruf li l-gvernatur tal-Bank Ċentrali kien ħa somma flus meta rtira qabel iż-żmien, din is-somma tiġi parzjalment jew totalment rifonduta?
ONOR. LEO BRINCAT: Tajjeb li l-Onor. Membru jkun jaf li s-Sur Ellul ma kienx talab biex jirtira qabel iż-żmien. Fil-fatt tajjeb li nsemmi wkoll li, meta kienu offrewlu li jirtira, hu wera li jippreferi li jibqa' jaħdem sa l-eta' ta' 63 sena. Iżda meta ġie f'pożizzjoni li ma setax jagħmel mod ieħor kien aċċetta li jirtira qabel iż-żmien. Naturalment, dan kien jinkludi kumpens relatat ma' l-istatus tiegħu fil-Bank, dak ta' General Manager.
Meta nbidlu ċ-ċirkustanzi, is-Sur Ellul ġie offrut li jkun Deputat Gvernatur u sussegwentament Gvernatur. Tajjeb li ngħid li dawn il-pożizzjonijiet huma fuq bażi ta' General Manager. F'dawn iċ-ċirkostanzi mhux il-każ li s-sur Ellul għandu jirrifondi xi parti mill-kumpens li kien ingħatalu.
Naħseb li l-Onor. Membru jkun aktar floku li kieku staqsa għaliex nies ta' esperjenza kbira u li ovjament kien għad baqgħalhom ħafna x'joffru għal ġid tal-pajjiż ġew kapriċċjożament mormija. Jiena naħseb li hu aktar il-każ li min kien responsabbli għal din id-deċiżjoni jiġi mġiegħel iħallas għall-iżball tiegħu.
DJAR - SKEMI TA' SUSSIDJU
13900. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, peress li hemm numru ta' nies li ġew allokati proprjeta' mill-Awtorita' tad-Djar li huma finanzjarjament indiġenti, meta beħsiebu joħroġ skemi ta' sussidju bħalma huma Skema L u Skema N?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Min jiġi allokat post ġdid taħt l-iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar u dan ikun fi stat ta' ġebel u saqaf, il-prezz li biħ ikun ser jakkwistah ikun dak ta' ġebel u saqaf. Għaldaqstant il-fond irid jiġi kompletat jew (1) mill-fondi tiegħu jew (2) minn self b'rata sussidjata, skond kif jagħżel il-benefiċjarju. Fl-ewwel kas il-beneffiċjarju jingħata sussidju ieħor ta' 10% fuq u l-prezz sussidjat.
MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO. - RAPPORT
13901. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għar-rigward tal-perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998 għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħek: (i) kemm-il rapport sar mid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditta oħra; u (ii) f'liema minn dawn id-dipartimenti, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, id-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. ingħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għal offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull offerta?
ONOR. ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
BORDIJIET - ĦATRIET
13902. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' kull dipartiment, entitajiet u korpi oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, ingħataw ħatriet kemm f'bordijiet kif ukoll f'karigi oħra lill-persuni li isimhom qed jintbagħat separatament?
X'remunerazzjoni qed jirċievu f'kull każ?
ONOR. ALFRED SANT: Jien infurmat li ż-zewġ persuni msemmija fil-mistoqsija m'għandhom l-ebda ħatra f'xi dipartiment, entita, jew korp ieħor li jaqa taħt id-dikasteru tiegħi.
MIZZI, DOUBLET, SCERRI & CO. - RAPPORT
13903. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward tal-perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u Marzu 1998 għar-rigward ta' kull dipartiment, entita' jew korp li jaqa' taħt id-diskasteru tiegħek: (i) kemm-il rapport sar mid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co.; x'kien is-suġġett ta' kull rapport; xi ħlas sar jew għad irid isir għal kull rapport imsemmi u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet mingħand ditti oħra; u (ii) f'liema minn dawn id-dipartiment, entitajiet jew korpi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek, id-ditta Mizzi, Doublet, Scerri & Co. intgħażlet bħala awdituri; jekk l-għażla saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew sejħa għall-offerti; u jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm ditti oħra li kkwotaw jew offrew u x'kien l-ammont ta' kull offerta?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-Ministeru tiegħi ma ta' l-ebda inkarigu lid-ditta ta' awdituri Mizzi, Doublet, Scerri & Co fil-perijodu indikat mill-Onor. Membru.
POLIKLINIĊI
14018. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux minnu li numru ta' polyclinics se jingħalqu matul il-lejl? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' jgħidilna: (a) kemm hemm minnhom; u (b) x'inhi r-raġuni?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija paralmentari numru 13059 mogħtija fis-seduta 200.
B'KARA - TRIQ MOSE' GATT - TWAQQIGĦ TA' BINI LLEGALI
14019. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm l-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli twaqqa' bini llegali f'Mose' Gatt Street, Ta' Paris, Birkirkara (Ref. No. V14/AV/CC 647/96), liema twaqqigħ ġie anke ordnat b'sentenza tal-Qorti ta' l-Appell Kriminali tal-5 ta' Mejju, 1995 (PA 5427/95)?
ONOR. GEORGE VELLA: Ġie kkonfermat illi l-Qorti Kriminali sabet lill-persuna responsabbli ħati, talli għamel xogħol ta' bini mingħajr il-permess meħtieġ. Wara din is-sentenza, l-istess persuna bdiet Kawża Kostituzzjonali kontra l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kontra l-Pulizija. Din ġiet deċiża favur l-Awtorita' fis-27 ta' Lulju 1995. L-applikant reġa' appella l-każ quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Din il-kawża baqgħet pendenti quddiem il-Qorti għal diversi differimenti dejjem għad-deċiżjoni u issa reġgħet ġiet differita għas-26 ta' Mejju, 1998 għad-deċiżjoni.
Għaldaqstant l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tistax tesegwixxi s-sentenza mogħtija sakemm tiġi deċiża l-kawża Kostituzzjonali.
PULIZIJA - REATI
14020. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il reat ġie irrapportat lill-pulizija matul ix-xahar ta' Marzu, 1998?
Kemm minnhom kienu: (a) serq; (b) urban theft; (ċ) reati sesswali; (d) frodi; (e) reati vjolenti kontra l-persuna; u (f) serq ta' karozzi?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi n-numru ta' reati rrappurtati lill-Pulizija fix-xahar ta' Marzu, 1998, kien ta' 1184.
Dwar in-numru tar-reati speċifikati mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li fl-istess perijodu dawn kienu kif ġej : -
serq 582
serq minn zoni residenzjali 303
reati sesswali 2
frodi 63
reati vjolenti kontra l-persuna 34
serq ta' karozzi 98
QRATI - SEPARAZZJONIJIET
14021. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13087, jista' l-Ministru jgħid kemm miċ-ċifri hemm mogħtija: (a) jirriferu għal separazzjonijiet jew konjugi; u (b) kemm-il koppja miżżewġa ippreżentaw rikors għall-awtorizzazzjoni sabiex jipproċedu għal separazzjoni?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor. Interpellant li ċ-ċifri li ngħataw fit-tweġiba għall-interpellanza numru 13087 jirreferu għal rikorsi, noti u atti oħra li ġew ippreżentati fis-Sekond` Awla tal-Qorti Ċivili għas-snin 1993 sa 1997.
Minn dawn iċ-ċifri, numru minnhom jikkonċernaw rikorsi għall-awtorizazzjoni għal separazzjoni sabiex ir-rikorrent, jew rikorrenti, ikun jista` jippreżenta kawża fil-Prim` Awla tal-Qorti Ċivili kif ukoll għal separazzjonijiet li jintemmu bonarjament fis-Sekond` Awla. B`kollox kien hemm, sena b`sena, dawn i-rikorsi għall-awtorizazzjoni kif fuq ingħad :
SENA AMMONT
---- ------
1993 661
1994 741
1995 825
1996 893
1997 914
Din l-istatistika hawn fuq mogħtija hja waħda globali li tirreferi għan-numru ta` rikorsi li jsiru u mhux għal min jagħmel ir-rikors (u ċjoe` jekk ikunx wieħed mill-konjuġi jew jekk ikunx il-konjuġi kontestwalment). Din it-tip ta` statistika ma tinżammx.
PULIZIJA
14022. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali (officers) tal-Korp tal-Pulizija on duty nhar il-Ħadd 5 ta' April, 1998? Fejn kienu xogħol?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi, fil-ġurnata msemmija mill-Onor. Interpellant kien hemm b'kollox 12-il uffiċjal tal-Korp on duty fid-Distretti u fit-Taqsimiet Speċjalizzati tal-Pulizija.
KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - ĊIRKOLARI 30/98
14023. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-GHQ Circular no. 30/98 maħruġa fil-25.3.98 mill-Kummissarju tal-Pulizija dwar trasferimenti ta' pulizija mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk l-uffiċjali li ntgħażlu wara s-sena ta' attachment se jibqgħu jgawdu l-istess salarju, allowances u kondizzjonijiet ta' pensjoni li jgawdu llum fil-korp tal-pulizija?
ONOR. ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti, f'paragrafu D, tat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10681.
KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - CIRKOLARI 30/98
14024. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-paragrafu 7.2 tal-GHQ Circular No. 30/98 maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kontenut ta' l-istess paragrafu hux applikabbli għas-sena attachment biss jew anke għal wara?
ONOR. ALFRED SANT: Kopja taċ-ċirkolari msemmija mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta. Naħseb li hija ċara biżżejjed.
MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - INGAĠĠAR
14034. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm ġew ingaġġati nies fid-dipartimenti u l-ministeru li tagħhom huwa responsabbli fl-aħħar xahrejn ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996?
ONOR. LEO BRINCAT: Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru. 13004.
ĦAL LUQA - BARRACKS - OFFICERS MESS
14124. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat ġiex rapportat każ ta' dħul mhux awtorizzat fl-Officers Mess fil-Barracks ta' Ħal Luqa? Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-każ u x'passi ttieħdu?
ONOR. ALFRED SANT: Nikkonferma li, f'dawn l-aħħar tlett ġimgħat, jiġifieri bejn il-11 ta' Marzu u t-8 ta' April 1998, ma kien hemm l-ebda każ ta' dħul mhux awtorizzat fl-Officers Mess fil-barracks ta' Ħal Luqa.
MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - PUBBLIKAZZJONI BL-ISEM LINK
14125. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pubblikazzjoni bl-isem ta' Link maħruġa mill-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali hijiex pubblikazzjoni uffiċjali tal-Gvern? Min hu responsabbli għaliha? Kemm jitqassmu kopji u lil min ingħataw?
ONOR. EDWIN GRECH: Il-pubblikazzjoni ta' kull xahrejn li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant jisimha"Link Soċjali" u hija pubblikazzjoni tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali li fiha jingħata tagħrif ġenerali dwar il-Ħarsien Soċjali. Din bdiet toħroġ fi Frar, 1997 u huwa responsabbli għaliha l-Uffiċċju għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru.
Fil-Preżent "Link Soċjali" għandha ċirkolazzjoni ta' ftit aktar minn elf kopja. Dawn jintbagħtu lill-Kunsilli Lokali, Għases tal-Pulizija, Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, Korporazzjonijiet, Aġenziji u Kumpaniji tal-Gvern, Għaqdiet Soċjali Non-Governattivi u individwi li jitolbu li tintbagħtilhom id-dar.
MINISTERU GĦALL-ĦARSIEN SOĊJALI - PUBBLIKAZZJONI BL-ISEM LINK
14126. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Peress li fil-ħarġa Nru. 5 (Settembru - Ottubru 1997) tal-pubblikazzjoni tal-Ministeru għall-Ħarsien Soċjali li jisimha Link, il-Ministru ġie kkwotat li qal li "ċ-Ċentru ta' Taħriġ għall-Adulti f'Wied il-Għajn jibda jilqa' fih l-ewwel persuna b'diżabilita' sa l-aħħar tas-sena" (i.e. Diċembru 1997), jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proġett? Sal-lum beda jilqa' persuni b'diżabilita' u f'każ affermattiv, kemm huma l-persuni li qed jattendu? F'każ ta' tweġiba fin-negattiv, meta se jibda jilqa' fih persuni b'diżabilita' u x'se jkun il-kriterju ta' l-għażla?
ONOR. EDWIN GRECH: Ix-xogħol fuq il-proġett taċ-Ċentru ta' Taħriġ għall-Adulti f'Wied il-Għajn għadu sejjer: ix-xogħol ta' kostruzzjoni tlesta u nbeda x-xogħol ta' tqegħid tal-madum. Dalwaqt jibda' x-xogħol taż-żebgħa tal-klassijiet/workshops li nbnew. Iċ-Ċentru mistenni li jkun lest f'Ġunju li ġej. Sa dak iż-żmien hu mistenni li jkunu ġew appuntati l-istaff li hu meħtieġ biex dan iċ-Ċentru jilqa' fih l-ewwel persuni b'diżabilita'.
Il-kriterji ta' l-għażla tal-persuni b'diżabilita' se tkun l-istess kif kienet qabel: dawk il-persuni b'diżabilita' li huma reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u li qegħdin fuq il-waiting list mistennija jidħlu kollha f'xi wieħed miċ-Ċentri tat-Taħriġ dejjem skond il-lokalita' li minnhom ġejjin wara li jsir l-aġġustament meħtieġ fit-tqassim tal-persuni b'diżabilita' li diġa' qegħdin jattendu ċ-ċentri. Dan huwa proċess delikat u jsir b'mod li ma joħloq l-ebda tbatija wara li jiġu konsultati l-ġenituri jew il-familjari tal-persuni b'diżabilita'.
GĦAQDIET GĦAWDXIN
14127. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11675 imwieġba fis-Seduta Nru. 180 tat-3 ta' Frar, 1998, jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa tat-42 għaqda li bbenefikat mill-iskema fl-1997 u jsemmi l-ammonti mogħtija lil kull għaqda separatament?
ONOR. ALFRED SANT: L-ghaqdiet volontarji Ghawdxin li bbenefikaw mill-iskema ta' ghajnuna li introduca s-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex bl-iskop li jghinhom fil-hidma taghhom ghat-tishih tat-tessut socjali f'Ghawdex huma:
MUSEUM (Rgiel) Sannat
|
Lm500
|
Grupp Universitarji Ghawdxin
|
Lm500
|
Kumitat Promozzjoni Umana Qala
|
Lm500
|
Moviment ta' Kana
|
Lm500
|
The Eden Foundation Gozo
|
Lm500
|
Grupp OASI Attivitajiet Zghazagh
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Nadur
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Ghasri
|
Lm500
|
Gozo Handicapped Society
|
Lm500
|
Ghaqda Ghawdxija Persuni B'Dizabilita
|
Lm500
|
Dar Guzeppa Debono
|
Lm500
|
Little Flower Day Centre
|
Lm500
|
MUSEUM (Nisa) Victoria
|
Lm500
|
MUSEUM (Nisa) Xewkija
|
Lm500
|
MUSEUM (Nisa) Qala
|
Lm500
|
Friends of the Sick & Elderly-Gozo
|
Lm500
|
MUSEUM (Nisa) Nadur
|
Lm500
|
MUSEUM (Nisa) Xewkija
|
Lm500
|
TOBIT Foundation
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Zebbug
|
Lm500
|
Centru Pastorali Raghaj it-Tajjeb
|
Lm500
|
Ghaqda Hbieb tal-Presepju
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Victoria
|
Lm500
|
Wirt Ghawdex
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Ghajnsielem
|
Lm500
|
Moviment Azzjoni Socjali
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Xaghra
|
Lm500
|
MAS-Munxar Branch
|
Lm500
|
Munxar Falcons FC
|
Lm500
|
MUSEUM (Nisa) Kercem
|
Lm500
|
Oratorju Don Bosco
|
Lm500
|
Azzjoni Kattolika-Victoria
|
Lm500
|
MUSEUM (Nisa) Xaghra
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Kercem
|
Lm500
|
Gozo Association for the Deaf
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Qala
|
Lm500
|
MUSEUM (Rgiel) Gharb
|
Lm500
|
Youth Group Munxar
|
Lm500
|
SPCA (Gozo)
|
Lm500
|
Legion of Mary
|
Lm500
|
Lourdes Home
|
Lm500
|
MUSEUM (Nisa) Ghajnsielem
|
Lm500
|
ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP - APPLIKAZZJONIJIET
14128. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Rigward l-emenda li saret f'Awissu, 1997 għall-klawsola 36 ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min hu l-uffiċjal jew organu li jiddeċiedi jekk applikazzjoni tikkonformax mal-"policies approvati" fis-sens li ċerti klawsoli tal-Pjan ta' Struttura (bħal "Policy BEN 1") jistgħu jiġu interpretati li teknikament kwalsiasi applikazzjoni ma tikkonformax ma' xi approved policy?
ONOR. GEORGE VELLA: Jinħtieġ aktar żmien sabiex tingħata risposta.
ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP
14129. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Rigward l-emenda li saret f'Awissu 1997, għall-klawsola 37 ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi jkunu l-konsegwenzi jekk f'każ li jitressaq quddiem il-Bord ta' l-Appell, il-Planning Directorate tonqos milli tippreżenta r-risposta tagħha jew għaliex il-Planning Officer ma jkunx attenda jew l-istess uffiċjal ma jkunx ipprepara r-Report to the Appeals Board jekk tali smigħ ikunx meqjus validu fis-sens li dan is-smigħ ikun sar biss sabiex jiġi onorat it-terminu tat-tliet xhur?
ONOR. GEORGE VELLA: Id-Development Planning (Amendment) Act 1997 ma jispeċifikax il-konsegwenzi jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tonorax iż-żmien stipulat f'din il-klawsola billi tonqos milli tippreżenta r-risposta tagħha għaliex il-Planning Officer ma jkunx attenda jew l-istess uffiċċjal ma jkunx ipprepara r-Report to the Appeals Board jekk tali smiegħ ma jkunx meqjus validu fis-sens li dan is-smiegħ ikun sar biss sabiex jiġi onorat it-terminu tat-tliet xhur.
MOSTA - TRIQ IL-FORTIZZA - DAWL
14136. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonsidra li fi Triq il-Fortizza, Mosta jkun hemm aktar dawk tat-triq ladarba f'din it-triq hemm ħafna djar iżda m'hemmx dawl?
ONOR. LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor. Membru għal aktar dawl qegħda tkun ikkkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
MOSTA - TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER - TARMAC
14137. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbiltajiet hemm biex Triq Ġużeppi Hyzler, Mosta tingħata t-tarmac ladarba issa s-servizz ta' l-ilma ġie mgħoddi fid-djar li kienu għadhom bla servi zz ta' ilma u għalhekk ġew mgħoddija s-servizzi kollha?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' asfaltar ta' Triq Gużeppi Hyzler issir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-dipartiment.
MOSTA - TRIQ RADDET IR-ROTI - TARMAC
14138. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-possibbiltajiet li Triq Raddet ir-Roti, f'żona ta' Santa Margherita, l-Mosta tkun mogħtija t-tarmak ladarba din it-triq hija fi stat ħażin ħafna u lanqas patching ma jista' jsir?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol ta' resurfacing ta' din it-triq huwa responsabbilta' tal-kunsill lokali u għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
LANDING WAREHOUSING - OVERTIME
14139. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jindaga biex jara kif qiegħed isir l-overtime fil-Landing Warehousing? Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm hemm persuni li qed jagħmlu l-overtime, kif qed jitgħażlu u kemm qed jitħallsu flus overtime?
ONOR. LEO BRINCAT: Fil-Landing and Warehousing Branch tad-Dipartiment tad-Dwana hemm 19-il sezzjoni differenti. Minn dawn sitt sezzjonijiet joħolqu ammont konsiderevoli ta' qligħ extra fi travelling epenses u overtime li jitħallsu mill-importaturi għal servizzi li jingħataw fl-imħażen tagħhom jew wara l-ħin tax-xogħol. Is-sezzjonijiet l-oħra għandhom ftit jew xejn overtime u, għalhekk, il-personnel ta' dawn is-sezzjonijiet huma mqassma mas-sitt sezzjonijiet l-oħra biex ikunu jistgħu jaqsmu fix-xogħol extra li hemm. L-inkarigat ta' kull waħda minn dawn is-sezzjonijiet għandhu jara li kemm jista' jkun l-overtime jitqassam indaqs bejn il-personnel tas-sezzjoni tiegħu u dawk li huma ddettaljati ma' dik is-sezzjoni.
Fil-landing and warehousing branch hemm mal-169 uffiċjal fil-grad ta' Uffiċjal Eżekuttiv u 'l fuq, u dawn bejniethom daħħlu Lm330,774 f'overtime u Lm145,205 travelling expenses kif turi t-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
SEGRETARJU PARLAMENTARI - MEMBRU
14141. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li kien hemm membru tas-Segretarjat ta' Segretarju Parlamentari li fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra ġie sponsorjat għal kors ta' l-MBA (distant learning) u qabad u telaq minn mal-gvern mingħajr ma rrifonda xejn? Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu xi passi dwar dan?
ONOR. LEO BRINCAT: Nikkonferma li membru tas-segretarjat ta' Segretarju Parlamentari fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra kien ġie sponsorjat għal kors ta' l-MBA (distant learning) ma' Henly Management College ta' l-Ingilterra.
Nikkonferma wkoll li dan l-uffiċjal irriżenja minn mal-Gvern mingħajr ma rrifonda xejn.
Il-każ ġie riferut lill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.
SERVIZZ ĊIVILI - UFFIĊJAL PRINĊIPAL
14145. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex se jsir recruitment mal-Gvern fil-grad ta' uffiċjal prinċipali, partikolarment fid-dawl ta' l-eżamijiet u interview li saru u li r-riżultati tagħhom ġew ippubblikati f'Settembru 1997, billi sal-lum m'hemmx indikazzjoni ta x'inhuma l-ħsebijiet tal-Gvern?
ONOR. ALFRED SANT: Jiena nformat illi ġew identifikati 15-il vakanza ta' uffiċjali prinċipali fejn hemm bżonn reali li jimtlew u fejn hemm il-fondi neċessarji.
Dawn il-postijiet sejrin jimtlew minn uffiċjali prinċipali li temmew l-eżami b'suċċess u skond l-ordni tal-mertu fl-eżami.
VAT - REFUNDS
14146. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm refunds tal-VAT li għadhom ma tħallsux lura lil persuni rreġistrati taħt is-sistema tal-VAT?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Membru li sas-16 t'April, 1998, l-ammont ta' refużjonijiet tal-VAT mitluba minn persuni rreġistrati kien ta' Lm7,262,855.61c. Minn dan l-ammont hemm talbiet li jammontaw għal Lm5,292,989.54c li qed jiġu vverifikati. Il-bqija qed jitħallsu regolarment kull xahar skond meta jagħlaq iż-żmien.
QRATI - ĠBIR TA' SENTENZI
14147. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir u x'se jsir mis-sistema komputerizzata ta' ġbir ta' sentenzi tal-Qrati li sar mill-istudenti tal-Kors tal-Liġi taħt id-direzzjoni tal-Fakulta' tal-Liġi?
Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsab dan il-materjal u jikkonferma li fi żmien qasir jista' jitqiegħed a dispożizzjoni ta' l-avukati u tal-pubbliku?
ONOR. GAVIN GULIA: Dwar l-ewwel domanda ta` l-Onor. Interpellant sal-lum għad m`hemm l-ebda pjanijiet minn dan il-ministeru dwar is-sistema komputerizzata ta` ġbir ta` sentenzi tal-Qrati li saru mill-istudenti tal-kors tal-liġi taħt id-direzzjoni tal-fakulta` tal-liġi. Madankollu d-Direttur Ġenerali tal-Qrati huwa f`kuntatti mad-Dekan tal-Fakulta` tal-Liġi dwar din il-materja u li dan ta` l-aħħar qed jistħarreġ kif tali deċiżjoniiet jistgħu jkunu aċċessibbi għall-Qrati, għall-avukati u għall-pubbliku in ġenerali.
QORTI - DATABASE
14148. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma sarx xi forma ta' progress f'dawn l-aħħar sena u nofs fl-għoti ta' aċċess lill-avukati mill-uffiċini tagħhom għad-database tal-Qorti?
ONOR. GAVIN GULIA: Sar progress għaliex teknikament l-aċċess minn barra għad-database tal-Qorti diġa' huwa possibbli, per eżempju, minn dipartimenti tal-gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja. L-aministrazzjoni tal-qorti issa qed tistudja dwar l-arranġamenti meħtieġa biex dan l-aċċess ikun possibbli wkoll għall-avukati mill-uffiċini tagħhom.
QRATI - INKJESTI
14149. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti li għadhom pendenti li ilhom iktar minn erba' xhur li nbdew?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
QRATI - IMPJEGATI
14150. L-ONOR. GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati mpjegati mad-Dipartiment tal-Qorti mill-1 ta' Novembru 1996 'il hawn u f'liema gradi?
ONOR. GAVIN GULIA: Mill-1 ta` Novembru, 1996 `l hawn ġew reklutati dawn l-impjegati, sew minn barra s-servizz kif ukoll permezz ta` trasferiment minn dipartimenti oħra.
3 Assistant Principal 1 AWTS
1 Bookbinder 7 Clerks
1 Court Messenger 1 Court Recorder
3 E.O. 1 ESTS Apprentice
11 Industrial Grades 2 Junior Legal Officers
1 Library Assistant 4 Messangers
1 Postperson 1 Postal Auxiliary
1 Principal 1 Security Guard
1 Security Officer 2 Senior Principal
Dan, iżda ma jfissirx li kien hemm din iż-żieda billi matul l-istess perijodu kien hemm ukoll transfers, riżenji w irtirar ta` diversi impjegati.
CET - ĦLASIJIET
14154. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa lid-dipartiment responsabbli mis-CET, l-awditjar u l-investigazzjonijiet konnessi ma' l-eżerċizzju ta' awditjar fuq it-300 persuna li ġew magħżula b'lotterija? Kif wasal għad-deċiżjoni li l-investigazzjonijiet dwar il-ħlas ta' CET jsiru fuq negozji magħżula b'lotterija?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Membru li mhux possibbli li wieħed ikun jaf preċiż minn qabel kemm se jiswa lid-dipartiment responsabbli mis-CET ix-xogħol ta' awditjar fuq it-300 persuna magħżula, minħabba li l-ħlas huwa skond il-każ li jkun. Wieħed jista' jgħid biss li kull każ jiswa mhux inqas minn Lm150.
Il-mod kif dawn it-300 persuna ntgħażlu huwa kif mitlub minn Sezzjoni 6 (1)) ta' l-Att Numru XII ta' l-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.
CET
14155. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Dwar il-ħidma ta' awditjar skond kif titlob il-liġi tas-CET, jista' l-Ministru jgħid x'kumpens se jingħata lil min qed jiġi nvestigat biex ikun ikkumpensat għall-inkonvenjenza, ħela ta' ħin u riżorsi li titlob investigazzjoni ta' din ix-xorta?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kemm ilu jsir xogħol ta' awditjar fuq persuni rreġistrati mad-Dipartiment tas-CET, wkoll taħt is-sistema tal-VAT, qatt ma ngħata kumpens lill-persuni rreġistrati kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.
CET - LOTTERIJA
14156. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid rigward lotterija li permezz tagħha jtellgħu l-ismijiet ta' negozji li għandhom ikunu awditjati u investigati skond il-liġi tas-CET, kemm hemm negozji li jistgħu jiġu kklassifikati: retailers; importaturi; kumpannija b'aktar minn ħames impjegati; kumpannija b'inqas minn ħames impjegati; self-employed f'xogħol ta' snajja'; u professjonisti? Kemm hemm minnhom li għandhom qligħ nett iddikjarat fl-aħħar return ta' l-income tax li huwa: inqas minn Lm4,000; bejn Lm4,000 u Lm10,000; u u minn Lm10,000 'il fuq?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li permezz tal-programm elettroniku u b'mod random in-negozji li ntgħażlu biex ikunu vverifikati skond il-provvedimenti tal-liġi tas-CET skond il-kategoriji mitluba huma hekk:-
1
|
Retailers
|
34
|
2
|
Importaturi
|
106
|
3
|
Kumpaniji b'aktar minn ħames impjegati
|
23
|
4
|
Kumpaniji b'inqas minn ħames impjegati
|
71
|
5
|
Self-employed f'xogħol ta' snajja'
|
24
|
6
|
Professjonisti
|
15
|
Il-qligħ nett iddikjarat fl-aħħar prospett ta' l-Income Tax ma jkunx irrapportat lid-Dipartiment tas-CET.
PA - PERMESS TA' BINI F'GĦAWDEX
14168. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-data ta' l-applikazzjoni li kienet ġiet sottomessa xi żmien ilu għall-permess ta' bini f'Kerċem, Għawdex biex jilqa' fih l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali kif ukoll l-għassa tal-pulizija u l-Berġa, billi dawn jinsabu jiffunzjonaw minn ġewwa l-Iskola Primarja tal-Gvern u jinsabu jokkupaw spazju bżonnjuż għall-amministrazzjoni aħjar ta' l-istess skola? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni?
ONOR. GEORGE VELLA: Din l-applikazzjoni PA 4661/93 ġiet sottomessa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-25 ta' Ottubru, 1993. Minħabba nuqqas ta' informazzjoni ma' l-applikazzjoni din ġiet validata fil-5 ta' Marzu, 1994. Il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp meta ġiet biex tiddeċiedi fuq l-applikazzjoni kienet talbet pjanti ġodda u li ġew approvati fit-13 ta' Novembru, 1996.
SPTARIJIET - KONSUM/NEFQA TA' PETROL
14169. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 13044, jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ sar lejn Malta biex inġarr lura provvista għall-Isptar t'Għawdex mill-Medical Stores matul l-1996 u kemm matul l-1997? X'tip ta' mezz ta' trasport jagħmel dawn il-vjaġġi?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni miltluba għandha tiġi ndirizzata lill-Prim Ministru.
PULIZIJA - LIĊENZJI TAT-TELEVISIONS
14170. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' TV's liċenzjati f'Għawdex?
ONOR. ALFRED SANT: L-għadd ta' TVs licenzjati f'Ghawdex huwa ta' 8625.
DJAR - GĦAWDEX - APPARTAMENTI
14171. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il flat battal f'Taċ-Ċawla f'Għawdex kien ġie okkupat b'awtorizzazzjoni mid-Dipartiment tad-Djar f'kull xahar minn Novembru 1996 sal-lum?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi ġew awtorizzati żewġ allokazzjonijiet - waħda f'Settembru 1997 u oħra Jannar 1998.
GĦAWDEX - VOT GĦALL-KUNSILLI LOKALI
14172. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 13720, jista' l-Ministru jagħti l-allokazzjoni globali lill-Kunsilli Lokali Għawdxin għas-sena 1998/99?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant peress li l-istatistika tal-popolazzjoni tal-Kunsilli Maltin kif ukoll Għawdxin għadha ma ġietx ippubblikata mill-uffiċċju responsabbli għall-istatistika, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Għawdxin, individwali kif ukoll globali, ma tistax tinħadem.
IMPJIEGI - ĦADDIEMA GĦAWDXIN
14173. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13719 u ċioe' jista' jagħti n-numru ta' nisa u irġiel f'impjieg fl-aħħar tas-sena 1997 f'Għawdex fil-Private Direct Production, fil-Private Market Service, fil-Public Sector u fit-Temporary Employment?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Dostları ilə paylaş: |