Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə8/8
tarix21.01.2019
ölçüsü0,56 Mb.
#101289
1   2   3   4   5   6   7   8

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



MARSA - ALBERT TOWN

W1,187. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u tal-Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,140 li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid meta t-toroq ta' Albert Town, fil-Marsa se jiġu rranġati fid-dawl ta' l-obbligu tal-kunsill lokali tal-lokal, liema obbligi jidhru li m'humiex qed jiġu osservati minħabba limitazzjonijiet finanzjarji?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta’ gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghħom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor. Membru li jirriferi l-mistoqsija tieghu lill-kunsill tal-lokalita’ billi dak li jirriferi għalih, fil-fatt huwa wieħed mir-responsabbilitajiet tal-kunsilli.


KUNSILLI LOKALI - KONSULENT

W1,191. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Fid-dawl tal-fatt li l-Ministeru għad-Djar u Kunsilli Lokali għandu konsulent fuq djar, jista' l-Ministru jgħid għandux il-ħsieb li jkollu konsulent fuq kunsilli lokali jew forsi f'dan ir-rigward il-ħtieġa ma tinħassx?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalissa m’għandix il-ħsieb.


UFFIĊĊJU KONĠUNT - KORRISPONDENZA L 7791

W1,198. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Fid-dawl ta' Korrispondenza L 7791 ma' l-Uffiċċju Konġunt li titratta każ ta' persuna mill-Belt, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex il-każ jitħaffef?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-każ li għalih qed jirriferi l-Onor. Interpellant beda bittra mhux datata li bagħat l-Onor. Interpellant li daħlet fl-Uffiċċju Konġunt fid-19 ta’ Jannar, 1998. Sussegwentement fis-26 ta’ Jannar, 1998 intbagħat acknowledgement lill-istess Onor. Membru. Il-kaz issa tpoġġa wara każi oħra (ħafna minnhom ferm aktar urġenti) biex f’ħin opportun jiġi investigat. Meta jitlesta dan ix-xogħol, l-individwu jiġi informat bid-deċiżjoni ta’ l-Uffiċċju Konġunt.
Nixtieq nitlob il-kooperazzjoni ta’ l-Onor. Interpellant biex f’każi bħal m'huwa dan, li jidhirli ma jirrikjedix azzjoni urġenti, javvicina lil xi ħadd mill-Uffiċċju Konġunt biex b’hekk jinħela anqas zmien f’mistoqsijiet u tweġibiet parlamentari.


KUNSILLI LOKALI - KANDIDATI

W1,199. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied jew naqas in-numru ta' kandidati li ħarġu għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, lokal b'lokal, f'Malta u Għawdex, elezzjoni b'elezzjoni, minn meta twaqqfu l-kunsilli sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni f'forma ta' statistika?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma llill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


KUNSILL LOKALI - ŻEJTUN

W1,200. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għad-diskrepanza fil-mod kiif qed jitmexxa l-Kunsill taż-Żejtun, fejn kunsillier m'għadux jattendi bla ma qatt ittieħdu passi, jista' l-Ministru jgħid x'qed jipproponi l-gvern bħala azzjoni pożittiva mmedjata b'risq kunsilli aħjar? Kif se jintervjeni l-ministeru?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 11931, Seduta Nru. 182.


OPM - ĊIRKOLARI NRU. 40/97

W1,585. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk in vista ta' l-OPM Circular 40/97, il-pożizzjoni tal-Kap tas-Servizz Ċivili toffi konflitt ta' interess mal-pożizzjoni tiegħu ta' chairman tal-MITTS?
ONOR. ALFRED SANT: Il-pożizzjoni tal-Kap tas-Servizz Ċivili bħala Chairman tal-MITTS ma toffrix konflitti ta' interess u tipprovdi ko-ordinament aħjar bejn is-Servizz Ċivili u l-MITTS.


MITTS - DEPARTMENTAL ACCOUNTING SYSTEM

W1,586. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni fi ħdan l-MSU u issa l-MITTS jew fi ħdan il-Gvern innifsu dwar id-Departmental Accouting System? Jista' jgħid jekk il-bord tal-MITTS għandux jew kellux quddiemu rapport dwar it-tender u l-konsorzju/kumpannija li ngħatat/ingħataw dan it-tender? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni oriġinali tal-aġġudikazzjoni ressqitx u ġietx approvata mill-Bord ta' l-MSU? Jista' jgħid kemm nefaq il-Gvern Malti sena b'sena fuq id-Departmental Accounting System f'software, hardware, training, eċċ?
ONOR. ALFRED SANT: Nikkonferma li saret investigazzjoni mill-MITTS dwar id-Departmental Accounting System, kemm mil-lat tekniku tas-sistema, kif ukoll dwar il-proċess minn mindu ħareġ sakemm ġie mogħti t-tender.
Id-deċiżjoni oriġinali ta' l-aġġudikazzjoni ttieħdet minn Adjudicating Board fit-23 ta' Diċembru, 1992 li kien kompost minn membri mill-Ministeru tal-Finanzi, Teżor u mill-MSU. Din id-deċiżjoni ġiet approvata miċ-Chairman ta' l-MSU.
Minn mindu ġiet implimentata id-DAS, il-Gvern nefaq is-somma ta' Lm413,890. Din qiegħda maqsuma sena b'sena kif ġej:


1993/4

4,845

1995

147,665

1996

134,227

1997

109,360

1998*

17,793

*sas-7 ta' April 1998




VALLETTA - TRIQ SAN MARK - SPRALL

W1,588. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jordna li l-isprall miżdud fi Strada San Mark fl-akwati ta' Nru. 65 jitnaddaf u jinfetaħ?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Saret spezzjoni mill-ispettur tas-saħħa fi Triq San Mark, il-Belt Valletta.
Ġie kkonfermat li sprall għall-ilma tax-xita f'din it-triq huwa mblukkat.
Il-Kunsill Lokali tal-Belt ġie nformat u mitlub jirrimedja dan l-inkonvenjent.


VALLETTA - TRIQ L-IFRAN - SPRALL

W1,589. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara li l-isprall miżdud quddiem Laferla Insurance, Vincenti Buildings, Old Bakery Street, Valletta jiġi mnaddaf?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Saret spezzjoni mill-ispettur tas-Saħħa fi Triq l-Ifran, Valletta fil-parti ta' quddiem Vincenti Buildings.
Ġiet innotata xi riħa ħierġa minn water culvert u l-Kunsill Lokali tal-Belt ġie nformat biex jelimina dan l-inkonvenjent.


TARXIEN - TRIQ L-ARKATA - BOZZA

W1,595. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fi Triq l-Arkata, Tarxien?
ONOR. LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor. Membru għal-lampa fil-lokalita' msemmija qiegħda tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

SAĦĦA - SKIMMED MILK

W1,596. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tneħħiija ta' l-iskimmed milk mill-karta s-safra, hijiex biss għal żmien temporanju?
Jidhirlu l-Ministru li dan l-iskimmed milk għandu jkun inkluż?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Hypercholesterolaemia mhijiex marda li hija nklu'a fi Skeda V ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.


GŻIRA: MAIN ROAD - DAWL

W1,597. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li z-zebra crossing li tinsab fil-Main Road, Gżira 'il fuq minn Gasan, tiddawwal għax t-traffic lights ma jaħdmux sew?
ONOR. LEO BRINCAT: It-talba ġiet innotata.


GŻIRA - TALIANA LANE - TISWIJA

W1,598. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se titranġa Taliana Lane, fil-Gżira li kellha titlesta qabel ix-xitwa u s'issa għadha kollha ħofor?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
KUNSILLI LOKALI - LEGAL NOTICE 87 TA' L-1998

W1,599. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-effetti tal-legal notice 87 ta' l-1998 japplikawx biss għall-kunsilli lokali u, jekk iva, x'jiġri f'każ li tinqala' elezzjoni ġenerali?
ONOR. ALFRED SANT: It-tibdil fil-konfini ta' lokalitajiet ippubblikati fl-Avviż Legali 87 ta' l-1998 japplika biss għall-kunsilli lokali. Elezzjoni ġenerali titmexxa fuq id-distretti elettorali kif approvati mill-Kamra tad-Deputati fit-28 ta' Settembru, 1995.


ENEMALTA - KOPERATTIVA TAL-ĦADDIEMA

W1,600. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet għat-twaqqif ta' koperattiva tal-ħaddiema fl-Enemalta fejn jidħol Fuel Distribution Operation?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta dejjem lesta tisma' suġġerimenti ta' kif jistgħu jitjiebu s-servizzi tagħha. Naturalment il-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta dejjem jingħataw priferenza f'kull inizjattiva li tista' tinħoloq.


IMRIEĦEL - TISWIJA TA' TRIQ

W1,601. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat biex Triq ġdida li tagħti għal Notabile Road, Imrieħel titranġa sew?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.


TARXIEN: TRIQ L-ARKATA NORMANDA - DAWL

W1,602. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li ssir bozza/dawl adegwat fi Triq l-Arkata Normanda, Tarxien?
ONOR. LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W1,595.


ENEMALTA - KOPERATTIVA TAL-ĦADDIEMA

W1,608. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbilitajiet għat-twaqqif ta' koperattiva tal-ħaddiema fil-Korporazzjoni Enemalta fejn jidħol fuel distribution operation?
ONOR. LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W1,600.


SAN GWANN - STAGE ĦDEJN L-ISKOLA

W1,611. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jidhirlu l-Ministru li għandu jsir mill-ġdid l-istage tal-karozzi tal-linja li qabel kien hemm faċċata ta' l-istage l-ieħor tal-karozzi fejn l-iskola ta' San Gwann?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-istage kien tressaq ftit metri bogħod minn fejn kien b'talba tar-residenti fl-inħawi, appoġġata wkoll mill-kunsill lokali. Dan għaliex, skond ma sostnew huma, ma setgħux jiftħu t-twieqi minħabba l-exhaust tal-karozzi.
Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin