THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 35. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 35 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi. Klawsola 36 - Dispożizzjonijiet supplementari għall-artikolu 35.
Clause 36 - Provisions supplementary to section 35. (Posposta fis-7 ta' April 1998) ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, għal din il-klawsola se nressaq din l-emenda:
"M" Minflok il-klawsola 36 għandu jidħol dan li ġej:
"36. Meta t-Tribunal japprova skema taħt l-artikolu 35 ta' dan l-Att, il-kummerċ fit-tul imsemmi fl-applikazzjoni jkun jista' jiġi trasferit liċ-ċessjonarju mingħajr ebda ħtieġa oħra ta' xi dokument li jkun juri l-kunsens tad-detentur ta' polza u ta' kull persuna oħra li tgħid li jkollha interess f'polza inkluża fit-trasferiment propost u minkejja kull oppożizzjoni mid-detentur ta' polza u ta' kull persuna oħra li tgħid li jkollha interess f'polza inkluża fit-trasferiment propost. It-Tribunal jista' jipprovdi għal dawk il-ħwejjeġ inċidentali, konsegwenzjali u supplementari li jkunu meħtieġa sabiex jiżguraw li l-iskema titmexxa b'mod sħiħ u effettiv; u meta jkun il-każ, sabiex jitkomplew minn jew kontra l-kumpannija ċessjonarja kull proċedimenti legali li jkunu pendenti minn jew kontra l-kumpannija ċedenti, li jkollhom x'jaqsmu ma' l-iskema.".
"M" For clause 36 there shall be substituted the following: "36. Where the Tribunal approves a scheme under section 35 of this Act, the long term business referred to in the application may be transferred to the transferee without any further need of any document evidencing the consent of the policyholder and of every other person who claims an interest in a policy included in the proposed transfer and notwithstanding any opposition by the policyholder and every other person who claims an interest in a policy included in the proposed transfer. The Tribunal may make provision for such incidental, consequential and supplementary matters as are necessary to secure that the scheme shall be fully and effectively carried out; and, where such be the case, for the continuation by or against the transferee company of any legal proceedings pending by or against the transferor company which relate to the scheme.".