THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola tawtorizza li l-competent authority toħroġ regolamenti bażikament fuq kif għandhom jiġu miktubin il-poloz ta' l-insurance u fosthom se jkun hemm ukoll il-lingwa li biha dawn jistgħu jiġu miktubin. X'inhu l-ħsieb fuq dan il-punt? Se nidħlu fil-problematika ta' Malti u Ingliż? Jien ngħid li jkun aħjar li ma noqogħdux inżidu overheads żejda billi nesiġu li kollox ikun bid-doppja lingwa.
Meta niġu għal klawsola 47, li proprju tittratta dwar dan, nixtieq inkun naf x'inhu l-ħsieb ta' l-MFSC fuq dan.