ONOR. LEO BRINCAT: Il-fond se jkollu persuna legali tiegħu stess, kif hemm illum.
ONOR. GEORGE HYZLER: Kollox sew imma jiena għandi nifhem li l-claims se jitħallsu taħt ċerti guidelines. Ejjew nassumu li jkun hemm personal injuries. Fuqpersonal injuries lanqas il-qorti m'għandna xi tip ta' linja li nsegwu dejjem. Jekk tmur quddiem imħallef sentenza jaqtagħha mod u jekk tmur quddiem ieħor jaqtagħha mod ieħor għax m'hemmx linja riġida. Fis-security fund ħafna drabi ma nkunux qed nitkellmu fuq direct loss, bħal meta taqla' daqqa fil-karozza u ma tkunx taf min tahielek; għamillek Lm300 ħsara u spiċċa. Dak li qed nissuġġerixxi huwa li jkun hemm iżjed sens wara l-mod ta' kif jiġi amministrat il-fund u l-claims jiġu settled u m'għandniex nużaw il-mod ta' first come first served u jekk, per eżempju, sa l-1 ta' Jannar eżawrejna l-fund allura min iweġġa' wara Jannar hard luck!