Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 326,35 Kb.
səhifə59/94
tarix05.01.2022
ölçüsü326,35 Kb.
#75206
1   ...   55   56   57   58   59   60   61   62   ...   94
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, fil-preżent il-fund ftit li xejn huwa funded u ħafna drabi jkollhom iduru fuq l-insurance companies infushom. Il- ħsieb huwa - imma din ma rridx nagħmilha tassattiva - li jsiru konsultazzjonijiet, anke mal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, dwar il-possibbilta' li dan il-fond ikun funded b'mod tanġibbli u mhux jistennew li jduru fuq l-insurance companies wara li ssir il-claim taħt dan il-fund.
ONOR. GEORGE HYZLER: Sur President, jiena nifhimha din. Id-diffikulta' hija li jew se tagħmel fond jew mhux se tagħmel fond. Sakemm ma tagħmilx limitu minn qabel qatt m'inti se tkun taf kemm se jkun fih flus. Voldieri jew se tagħmel a direct percentage tal-policies li jinbiegħu, per eżempju, 1% across the board, jew inkella se toqgħod tittallab. Dak li qed ngħid jien huwa li jekk int se tistabilih qabel kulħadd ikun jaf fejn ikun qiegħed. Ma rridux nidħku bina nfusna.
Meta qed ngħidu li nistabilixxu fond bħal dan, fil-prattika l-policies ta' l-insurance se jiżdiedu b'mod biex jikkaverjaw dak il-fund. L-ebda kumpannija ta' l-insurance ma tiġi Malta biex tagħmlilna pjaċir jew għall-karita' imma tiġi hawn biex taqla' l-flus. Issa kull taxxa li nagħmlu fuqha - u din hija taxxa ġusta u soċjali - hija taxxa li l-kumpannija ta' l-assigurazzjoni se tieħu in konsiderazzjoni fil-costings tagħha u tgħid li jekk għandha 1% xi tħallas lis-security fund - jew x'se jkun jismu issa - tikkalkola 1% fuq il-policy biex tagħmel tajjeb għal din it-taxxa. Voldieri nkunu qed nidħku bina nfusna jekk naħsbu li se joħorġuhom mill-but xi nies mill-Ingilterra jew minn fejn tiġi l-kumpannijia ta' l-insurance. Dawk il-flus ikunu qed jiġu mill-policy holders kollha biex jikkompensaw lil dawk in-nies li jkunu sfortunati biżżejjed li mhux biss ikunu sofrew inċident imma li jkunu sofrew inċident f'ċirkostanzi li ma jistgħux jitħallsu b'mod normali, għax jew min ikun għamlilhom il-ħsara ma jkunx instab jew ma jkunx assigurat jew xi ħaġa simili.

Yüklə 326,35 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   55   56   57   58   59   60   61   62   ...   94




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin