THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, biex inżid xi ħaġa ma' dak li qed jgħid l-Onor. Hyzler irrid ngħid li rridu noqogħdu attenti minn żewġ affarijiet. L-ewwelnett kif għidt qabel - u kif saħaq fuqu l-Onor. Hyzler - funding is not without a cost. Il-funding se jfisser żieda fil-premiums. It has a cost. Pero' mill-banda l-oħra jekk inħalluha b'mod mhux ikkonkretizzat u ngħidu li jekk se jinqala' xi ħaġa se mmorru għand l-insurance companies, jien nissuspetta li fir-realta' l-insurance companies diġa' qegħdin jikkalkolaw dan fil-premiums tagħhom u allura la qegħdin jikkalkolawh u mhux qed joħorġu l-flus mil-lat ta' funding, fl-opinjoni tiegħi, dan qed jirriżulta f'inequitable profit mil-lat ta' l-insurance companies għax dawn qed iżommu l-flus għal dak li jista' jinqala'. Jien naħseb li ġaladarba l-premiums qed ikollhom element minħabba dawn il-funds, ikun ħafna aħjar li dan fil-fatt jiġi estratt mill-insurance companies ujiġiorganizzat f'fund suret in-nies amministrat mill-MFSC, bħala l-competent authority, u allura mill-investiment ta' dan il-fund stess dan ikun qiegħed jiġġenera income għall-fund innifsu li eventwalment jista' jservi biex jitnaqqas il-piż fuq il-policy holders fil-futur.
It-tieni ħaġa li rrid ngħid hija li għandu jkun hemm parametri stabiliti dwar kif għandhom jiġu ttrattati claims fuq dan il-fund - u hawn qed nisħaq iktar fuq dak li qal l-Onor. Hyzler - ħalli ma nibqgħux fuq bażi diskrezzjonali. (Interruzzjonijiet) Ma nixtieqx li jinħolqu ombudsmen iktar għax dawn donnhom qed ifaqqsu kuljum! Dak li qed ngħid jien huwa li, bħala konċett, il-parametru se jkun li dan il-fund se jirrifondi l-istess ammont daqslikieku l-claim saret lill-insurance company taħt il-polza oriġinali? Jew inkella persentaġġ ta' kemm kienet tkun il-claim kieku ma kienx hemm xi sfortuna ta' insurance company li falliet, jew parti li kkawżat id-dannu kienet irresponsabbli u ma kenitx inxurjata? Jiġifieri dawn huma t-tip ta' parametri preċiżi ta' kif għandhom isiru l-claims ta' dan il-fund. Jien naħseb li jkunu jistgħu jsiru ħafna iktar jekk jiġi stabilit fund uffiċjali u l-amministrazzjoni tiegħu allura tkun definita bi preċiżjoni ikbar.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 49. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 49 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.