Clause 53 - Exemption from income tax.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, klawsola 53 tittratta dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income. Din l-eżenzjoni saret fuq talba tal-kumitat tal-fond ta' l-assigurazzjoni u hi l-kontribut ta' l-Istat b'għarfien li l-fond għandu valur soċjali. Nimmaġina li fuq din għandu jkun hemm qbil.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 53. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 54 - Eżenzjoni taħt din it-Taqsima.
Clause 54 - Exemption under this Part. ONOR. LEO BRINCAT: Klawsola 54 titkellem dwar l-eżenzjoni taħt din it-taqsima. Din il-klawsola tipprovdi sabiex teżenta mill-applikazzjoni ta' Taqsima XI dak ix-xorta ta' kummerċ imsemmi fil-klawsola jew dak ix-xorta ta' kummerċ imsemmi fiċ-ċirkostanzi speċifikati. L-eżenzjoni taħt paragrafu (a) tagħha saret għaliex dak ix-xorta ta' kummerċ mhux relatat ma' ebda terza persuna.
L-eżenzjoni taħt paragrafu (b) saret fuq dispożizzjonijiet ta' paragrafu 3 ta' regolament 7, Kontribuzzjonijiet fil-Fond tar-regolament ta' l-1986 dwar il-fond ta' l-assigurazzjoni, kif emendat b'paragrafu (b) ta' regolament 3 li jemenda regolament 7 tar-Regolamenti prinċipali tar-regolamenti ta' l-1995 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-fond ta' l-assigurazzjoni ta' l-impriża ta' l-assigurazzjoni, avviż legali 100 ta' l-1995.
Sur President, qiegħed nipproponi emenda għal din il-klawsola li tinqara kif ġej:
"Q" Minflok is-subparagrafu (i) tal-paragrafu (b) tal-klawsola 54 għandu jidħol dan li ġej:
"(i) kummerċ ta' assigurazzjoni li jitmexxa minn membru ta' Lloyd's jew ta' Korp ta' l-Assigurazzjoni Rikonoxxut jekk il-korp regolatorju ta' Lloyd's jew ta' dak il-Korp ta' l-Assigurazzjoni Rikonoxxut, skond il-każ, jintrabat b'mod irrevokabbli u bil-miktub li jiġi aċċettat mill-Awtorita' Kompetenti li jagħmel tajjeb għal kull talba li ssirlu kontra xi wieħed mill-membri tiegħu, b'mod li ma jkun xejn inqas favorevoli minn dak li jista' jiġi preskritt taħt il-paragrafu (a) ta' l-artikolu 49 ta' dan l-Att fil-każ ta' l-insolvibilita' ta' xi wieħed mill-membri tiegħu.".
"Q" For subparagraph (i) of paragraph (b) of clause 54 there shall be substituted the following: "(i) business of insurance carried on by a member of Lloyd's or of a Recognised Insurance Body if the governing body of Lloyd's or of such other Recognised Insurance Body, as the case may be, gives an irrevocable written undertaking acceptable to the Competent Authority to meet all claims against any of its members, in a manner being not less favourable than that as may be prescribed under paragraph (a) of section 49 of this Act in the event of the insolvency of any of its members;".