THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Sar il-ħin.
Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 27 ta' April fid-9.00 a.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.
Fid-9.30p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
TOROQ - TISWIJIET
13347. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet mitluba mill-kunsilli lokali tal-11 u 12-il Distrett Elettorali fuq xogħlijiet ta' toroq hu mistenni li jitlestew matul is-sena 1998?
Liema huma x-xogħlijiet li ntalbu minn kull kunsill individwalment u li għadhom mhux lesti?
Meta se jinbeda x-xogħol fuq dawn ix-xogħlijiet?