ONOR. ALFRED SANT: In-numru ta' persuni residenti f'Malta li m'għandhomx vot jew ma jistgħux jivvotaw kieku kellha ssir elezzjoni llum għax jew huma interdettjati jew għax qed jiskontaw sentenza l-ħabs huwa ta' 460.
TAXXI INTERNI - TAXPAYERS LI ĠEW REFUNDED
13465. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew refunded flus lill-taxpayers li ħallsu income tax aktar milli dovut din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm baqa' jitħallas?
ONOR. LEO BRINCAT: L-ammont ta' taxxa mħallsa żejda, u li ġie refunded lit-taxpayer matul is-sena l-oħra, 1997, kien ta' Lm2.9 miljuni. Din is-sena s'issa tħallset Lm0.2 miljuni. Dawn ir-refunds, għalkemm tħallsu fis-snin imsemmija, ma kenux relatati ma' taxxi dovuti għall-istess snin iżda għal snin ta' qabel.
TAXXI INTERNI - OBJECTIONS GĦAL ĦLASIJIET
13466. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' objections għal ħlasijiet dovuti quddiem id-Dipartiment tal-Income Tax illum? X'inhu l-ammont ta' flus under objection?