Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 326,35 Kb.
səhifə94/94
tarix05.01.2022
ölçüsü326,35 Kb.
#75206
1   ...   86   87   88   89   90   91   92   93   94
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
UFFIĊINI TA' L-EXTENSION SERVICES - IMPJEGATI

13819. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati/uffiċjali f'kull uffċċju ta' l-extension service kif ukoll il-grad ta' kull ħaddiem?
ONOR. NOEL FARRUGIA: In-numru ta' mpjegati fl-uffiċċju ta' l-Extension Service tar-Rabat, Mosta, Siġġiewi u Żabbar huma 16. Dawn huma mqassma hekk:
Rabat

Senior Agricultural Officer 1

Fisheries Officer 1

Technician III 1

Messenger 1
Mosta

Senior Agricultural Officer 1

Assistant Principal 1

Technician 1

Clerk 1

General Hand 1
Siggiewi

Agricultural Officer 1

Assistant Principal 1

Assistant Agricultural Foreman 1
Zabbar

Senior Agricultural Officer 1

Post Person 1

General Hand 1
Impressed Car Driver 1


BIEDJA - NUTRITIONIST

13820. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment impjegax xi nutritionist matul l-1997/1998 u jekk fl-affermattiv jekk dan ġiex impjegat wara call for application pubblika; jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti; jgħid x'kienu l-kwalifiki u l-esperjenza mitluba; jgħid min ġie magħżul; u jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' impjieg ta' l-istess nutritionist fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura akkwista s-servizzi ta' nutrionist tal-bhejjem fl-1997. Dan huwa espert barrani residenti f'Malta, Dr. Peter Jackson, li ħadem ħafna f'dan il-qasam u li għandu l-ogħla kwalifiki possibbli.
Is-servizzi ta' dan l-espert ġew akkwistati bi ftehim bejn id-Direttur tal-Agrikoltura u l-individwu.
M'hemm l-ebda kuntratt formali.


TA' QALI - UFFIĊĊJU TA' L-EXTENSION SERVICE

13821. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min se jimmaniġja l-Uffiċċju ta' l-Extension Service f'Ta' Qali; jekk huwiex xi ħadd fid-Dipartiment tal-Biedja u jekk fin-negattiv ħarġitx xi call for application għall-għażla ta' din il-persuna; meta nħarġet il-call for application; xi kwalifiki u x'esperjenza ntalbu?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-uffiċċju ta' l-Extension Service f'Ta' Qali se jiġi mmexxi mill-uffiċjal inkarigat mill-Extension Service tad-Dipartiment tal-Agrikoltura.


GOZO CHANNEL - VAPURI

13826. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-maltempata li ħakmet il-gżejjer Maltin nhar l-Erbgħa u nhar il-Ħamis, 25 u 26 ta' Marzu u l-vapuri tal-Gozo Channel kellhom jikkanċellaw bosta trips, l-MAC (Malta Air Charter) operat helicopter wieħed bejn gżira u oħra? Kemm għandha helicopters għad-dispożizzjoni tagħha l-kumpannija? Jista' l-Ministru jagħti l-għadd ta' passiġġieri li nġarru bis-servizz ta' l-ajru fil-jumejn indikati hawn fuq?
ONOR. KARMENU VELLA: Fl-24 siegħa bejn il-25 u s-26 ta' Marzu li għadda il-Malta Air Charter operat 52 titjira u ġarret il-passiġġieri kollha (1400) li riedu jaqsmu bejn Malta u Għawdex.
Għalkemm il-kumpannija bħalissa għandha żewġ helicopters għad-dispożizzjoni tagħha, din l-okkażjoni l-aktar operazzjoni loġika li jitħaddem helicopter wieħed minħabba, bħalma forsi hu magħruf, li r-regoli ta' l-avjazzjoni ċivili jinponu restrizzjonijiet rigward il-landing ta' aktar minn helicopter wieħed fil-Heliport ta' Għawdex, kif ukoll it-titjiriet ta' aktar minn helicopter wieħed matul il-lejl.


GĦAWDEX - UFFIĊĊJU TAL-KUNSILL LOKALI

13827. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13415 , jista' l-Prim Ministru jgħid meta kienet ġiet sottomessa applikazzjoni għall-permess tal-bini f'Kerċem li kellu jilqa' fih l-uffiċċju tal-kunsill lokali kif ukoll l-għassa tal-pulizija u l-berġa tal-lokal, billi dawn jinsabu jiffunzjonaw minn ġewwa l- iskola primarja tal-gvern u fejn qegħdin jokkupaw spazju bżonnjuż għall-amministrazzjoni ta' l-istess skola?
ONOR. ALFRED SANT: Ir-risposta għal din il-mistoqsija tinghata f'xi seduta oħra.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB




DJAR - XIRI

W1,177. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11254, u ċioe' jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment l-ewwel informa lill-persuna li setgħet tixtri l-post u wara oġġezzjonawlha peress li fit-tweġiba tiegħu afferma biss l-oġġezzjoni iżda mhux ir-raġuni għaliha?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-oġġezzjoni saret mill-Valletta Rehabilitation Project.
Id-dokument relattiv tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


PA - APPLIKAZZJONI NRU. PA 2706/97

W1,285. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq l-applikazzjoni numru PA 2706/97, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk qabel dan il-permess kienx jeżisti xi permess ieħor fuq l-istess bini u jekk fl-affermattiv, meta u b'liema numru nħareġ dan il-permess l-ieħor, kif ukoll jekk huwiex lill-istess sid?
ONOR. GEORGE VELLA: Mir-records ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma nstabet l-ebda applikazzjoni oħra fuq is-sit indikat fl-applikazzjoni numru PA 2706/97.
Dan ma jfissirx li fuq is-sit m'hemmx permess għar-raġuni li r-records antiki mhux dejjem huma preċiżi.

---------------------
Yüklə 326,35 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   86   87   88   89   90   91   92   93   94




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin