THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor. Censu Galea, mistoqsija supplimentari.
ONOR. CENSU GALEA: Sur President, ma nafx jekk il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li jgħid lil min fil-fatt saret din l-applikazzjoni, jekk hux lid-dipartiment ta' l-artijiet jew inkella xi dipartiment ieħor fi ħdan il-ministeru.
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nassumi li l-applikazzjoni saret lid-dipartiment ta' l-artijiet minħabba l-fatt li din hi proprjeta' tal-gvern.
SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT, KULTURA U ARTI - DONAZZJONIJIET
12968. L-ONOR. CENSU GALEA (f'isem l-Onor. Austin Gatt) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' donazzjonijiet, sponsorships jew għajnuna oħra mogħtija mis-segretarjat għaż-żgħażagħ, sport, kultura uarti mill-1 ta' Novembru, 1996 sal-lum u għal kull waħda jindika l-ammont, id-data u l-għaqda jew il-persuna li bbenefikat?