THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Brincat.
ONOR. LEO BRINCAT : Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 88 ta' l-1998 - Regoli ta' l-1998 dwar Final Settlement System (FSS); Avviż Legali Nru 89 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxa fuq l-Income) (Afrika ta' Isfel);
Avviż Legali Nru 90 ta' l-1998 - Regoli ta' l-1998 li jemendaw ir-Regoli dwar il-Formola tal-Prospetti tat-Taxxa fuq l-Income; u
Avviż Legali Nru 91 ta' l-1998 - Regoli ta' l-1998 li jemendaw ir-Regoli dwar il-Formola tal-Prospett tat-Taxxa fuq l-Income għal Kumpannija, Korp Magħqud jew Intrapriża.
THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Michael Farrugia.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tagħrif dwar flus dovuti mid-Dipartiment tas-Saħħa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, Maltacom, Korporazzjoni Enemalta u Posta Ltd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13371.
THE DEPUTY SPEAKER:Grazzi. Il-Ministru Portelli.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Lista ta' korrezzjonijiet magħmula mill-Control Committee maħtur skond l-Artiklu 17 tal-ftehim milħuq bejn il-Vatikan u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill-Gvern; u
Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Valletta Rehabilitation Project lill-Awtorita' tad-Djar dwar il-fond Nru. 10 fi Triq il-Lanza, Marsamxett, il-Belt Valletta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru W 1177.
THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Stqarrjiet ministerjali? Mozzjonijiet. Il-Viċi Prim Ministru.