Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


MOZZJONIJIET ĦATRA TA' DEPUTAT AWDITUR ĠENERALI



Yüklə 326,35 Kb.
səhifə22/94
tarix05.01.2022
ölçüsü326,35 Kb.
#75206
1   ...   18   19   20   21   22   23   24   25   ...   94

MOZZJONIJIET

ĦATRA TA' DEPUTAT AWDITUR ĠENERALI



ONOR. GEORGE VELLA: Sur President, f'isem il-Prim Ministru nipproponi:
Illi s-Sur John Bonnici jinħatar Deputat Awditur Ġenerali, skond artiklu 108 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?
ONOR. JOHN DALLI: Nissekonda.
THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki? Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. GEORGE VELLA: Sur President, permezz ta' l-Att Numru XVII ta' l-1997 il-Parlament emenda l-Kostituzzjoni ta' Malta biex tipprovdi għall-karigi ta' Awditur Ġenerali u Deputat Awditur Ġenerali. Fil-fatt paragrafu (a) ta' subartiklu (9) ta' artiklu 108 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jgħid hekk:
"Għandu jkun hemm ukoll Deputat Awditur Ġenerali li l-kariga tiegħu tkun kariga pubblika u li jkollu wkoll dawk il-funzjonijiet li l-Awditur Ġenerali jista' minn żmien għal żmien lilu jiddelega u li, kull meta l-kariga ta' l-Awditur Ġenerali tkun temporanjament vakanti, u sakemm jiġi maħtur Awditur Ġenerali ġdid, u kull meta d-detentur tal-kariga jkun assenti minn Malta jew ikun bil-vaganza jew għal xi raġuni ma jkunx jista' jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, iwettaq il-funzjonijiet ta' Awditur Ġenerali."
Sur President, jien mhux se niftaħ fuq dan il-punt għax din l-emenda kostituzzjonali konna ddiskutejna fit-tul fil-Parlament, pero' rrid ngħid li saru kuntatti bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u qbilna li din in-naħa tinnomina lis-Sur John Bonnici u n-naħa l-oħra tkun lesta li tissekonda din il-proposta.
Jien nemmen li fl-għażla tas-Sur Bonnici qed ninnominaw persuna idonea biex timla din il-kariga. Dan huwa bniedem li ilu fis-servizz tal-gvern mill-1957, prattikament 41 sena, li fihom wettaq diversi xogħlijiet u kien f'diversi karigi f'dipartimenti differenti. Irrid ngħid ukoll li l-professjoni tas-Sur Bonnici hija l-professjoni li wieħed għandu bżonn biex ikun qiegħed f'din il-kariga hekk għolja u responsabbli. Is-Sur Bonnici mhux se jkun qed jagħmel xogħol li jkun ġdid għalih għax dan it-tip ta' xogħol prattikament għamlu għal snin twal u f'perijodi differenti.
Nista' ngħid ukoll, Sur President, li fil-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - li xogħlu huwa li jeżamina t-talba għall-ispejjeż li jirrikjedi l-uffiċċju ta' l-awditur ġenerali - ġejna ppreżentati bil-mod ta' kif għandu jiġi strutturat id-dipartiment u l-Awditur Ġenerali għamel aċċenn partikolari fuq il-bżonn li jkun hemm Deputat Awditur Ġenerali li jkun ta' stoffa. Jien inħoss li b'din l-għażla li qed nagħmlu qegħdin nagħtu lill-Awditur Ġenerali persuna oħra biex flimkien ikunu jistgħu jaraw li l-iktar affarijiet importanti f'uffiċċju bħal dan, jiġifieri l-integrita', il-professjonalita' u anke t-trasparenza, ikunu l-aqwa. M'għandix dubju li t-team li qed jibni s-Sur Joe Galea se jkun team tajjeb.
Jien nawgura li din il-ħatra ssaħħaħ l-uffiċċju ta' l-awditur ġenerali u tagħti lil dan il-pajjiż dak is-servizz li huwa tant importanti biex wieħed ikun jista' jispjega u jkun iktar accountable għall-mod ta' kif flus il-poplu jiġu minfuqa. Nawgura wkoll lis-Sur John Bonnici ħafna snin ta' ħidma u nixtieqlu kull suċċess. (Onor. Membri: Hear, hear)

Yüklə 326,35 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   18   19   20   21   22   23   24   25   ...   94




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin