Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH



Yüklə 326,35 Kb.
səhifə28/94
tarix05.01.2022
ölçüsü326,35 Kb.
#75206
1   ...   24   25   26   27   28   29   30   31   ...   94
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, ir-rimarki tagħna fuq din il-klawsola huma bbażati fuq żewġ prinċipji. L-ewwelnett meta qed nitkellmu dwar trasferiment ta' kummerċ fit-tul irridu nieħdu deċiżjoni fundamentali jekk dan il-kummerċ fit-tul għandniex niddistingwuh minn kummerċ ieħor ta' assigurazzjoni, fis-sens li applikazzjonijiet għal dan ir-rigward iridu jsiru lit-tribunal li hawn riferenza għalih f'din il-liġi, jiġifieri t-tribunal għal servizzi finanzjarji, jew jekk għandniex nimxu mal-prinċipju li din l-applikazzjoni, bħall-applikazzjonijiet l-oħra kollha tas-servizzi finanzjarji, ikun tajjeb li ssir lill-istess awtorita' kompetenti. Ma jistax ikun li ngħidu li l-awtorita' kompetenti hija kompetenti f'kollox, anke taħt liġijiet oħra fuq investiment, nawtorizzawha li tagħti hi l-liċenzji meħtieġa, anke għal skopijiet ta' banking u ta' financial institutions - għalkemm għalissa hemmhekk l-awtorita' kompetenti hija l-Bank Ċentrali - imbagħad fejn jidħlu applikazzjonijiet ta' trasferiment ta' kummerċ fit-tul ngħidu li dawn jridu jsiru lit-tribunal. Mela l-ewwel prinċipju hu li nsostnu li l-awtorita' kompetenti għandha tkun kompetenti għal hekk ukoll. Imma hemm żewġ aspetti oħra, Sur President, li wieħed jista' jorbot ma' dan il-ħsieb.
Meta inti jkollok applikazzjonijiet li huma diskussi mill-awtorita' kompetenti, it-tribunal jista' b'mod ferm iktar faċli jaqdi l-funzjoni oriġinali tiegħu li jservi bħala tribunal ta' appell. The minute you say li dan it-tribunal jagħti jew ma jagħtix hu liċenzja, jikkonsidra jew ma jikkonsidrax hu applikazzjoni, awtomatikament tkun qed tisvesti lill-awtorita' kompetenti minn parti minn proċess importanti - qisna għandna fiduċja assoluta f'din l-awtorita' kompetenti ħlief f'dak il-qasam - u tkun qed tisvesti wkoll it-tribunal għal servizzi finanzjarji - li inċidentalment għadu s'issa ma twaqqafx - mill-funzjoni proprja tiegħu li jservi bħala tribunal ta' appell. Inti ma tistax tgħid - u lanqas l-abbozz kif inhu miktub ma jikkontempla dan - li t-tribunal jiġġudika hu dawn l-applikazzjonijiet u mbagħad ikun hu stess li jservi għal appell. Jiġifieri l-mument li ngħidu li t-tribunal sejjer jiġġudika dawn l-applikazzjonijiet ifisser ukoll li qed ngħidu li fuq dan is-settur importanti ta' l-assigurazzjoni mhux se jkun hemm appell.
Punt ieħor li jorbot ma' dan kollu huwa l-kompożizzjoni tat-tribunal. Naturalment nistgħu nitkellmu dwar il-kompożizzjoni tat-tribunal taħt partijiet oħra ta' dan l-abbozz pero' naħseb m'hemm xejn ħażin li wieħed isemmi l-prinċipju anke f'dan l-istadju. B'din il-liġi qed nipprovdu li t-tribunal ikollu kompożizzjoni differenti minn dik li normalment għandu taħt liġijiet finanzjarji oħrajn. Il-prinċipju li t-tribunal ikun iktar speċjalizzat għal iktar skop ta' assigurazzjoni fih innifsu ma fih xejn ħażin. Pero' li forsi seta' ġara hu - u hawnhekk nirriferi għal-liġi Ingliża - li meta f'liġijiet oħra hemm riferenza għat- tribunal għal servizzi finanzjarji, nistgħu nipprovdu mill-ewwel li jkun kompost minn president u minn panel ta' nies esperti f'oqsma differenti tas-servizzi finanzjarji u b'hekk dan jista' jkun kompost b'mod differenti għall-iskop ta' din il-liġi milli għall-iskop, per eżempju, ta' liġi rigward l-investiment. Jiġifieri li wieħed jikkomponi tribunal b'mod differenti għal liġijiet differenti huwa skop li nistgħu naqblu dwaru. Li ma naħsibx li jagħmel sens hu li nagħmluha bil-mod li huwa mniżżel f'dan l-abbozz. Ma naħsibx li hu tajjeb ngħidu li t-tribunal taħt din il-liġi hu mill-ewwel kompost b'mod differenti. Ikun aħjar li noħolqu konċett ferm iktar flessibbli billi mmorru għal-liġijiet fejn dan it-tribunal huwa almenu mil-lat legali mwaqqaf - għaliex fil-prattika mhux imwaqqaf, għax s'issa għadu ma nħassx il-bżonn, tajjeb jew ħażin, li t-tribunal ikun fil-fatt kompost - u hemmhekk ngħidu mill-ewwel li t-tribunal għandu jkun kompost minn president u minn panel ta' sitta, tmienja jew għaxar min-nies, u b'hekk ikun hemm il-poter kif imbagħad it-tribunal ikun kompost b'mod differenti skond il-każ li jkun hemm quddiem it-tribunal. Naħseb li dan jkun mod ferm iktar organiku u organizzat milli nibdew nirriferu għat-tribunal b'mod differenti taħt liġijiet differenti.
Mela ejjew inżommu dan it-tribunal għal servizzi finanzjarji, għall-mument irrespettivament mill-mod kif inhuwa kompost, fil-kapaċita' tiegħu li jservi bħala tribunal ta' appell u nħallu għand l-awtorita' kompetenti l-funzjonijiet kollha marbutin mas-servizzi finanzjarji, inkluż allura l-funzjonijiet rigward trasferiment ta' kummerċ fit-tul.

Yüklə 326,35 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   24   25   26   27   28   29   30   31   ...   94




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin