THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, jiena nixtieq li nidħlu f'iktar dettall fuq il-konsegwenzi ta' din il-klawsola u nispjegaw is-sitwazzjoni x'inhi. Hawn qegħdin ngħidu li l-fatt li jkunu nkisru provvedimenti ta' din il-liġi jew inkella ta' xi direttivi ma jfissirx li l-kuntratt jiġi null. Pero' dan japplika ugwalment għall-insurance company u l-policy holder? Jiena nifhem li mil-lat ta' insurance company, li suppost taf jekk ikun hemm ksur ta' xi liġijiet, ma tistax imbagħad toħroġ mill-obbligi tagħha għaliex iġġib bħala difiża tagħha l-fatt li kien hemm xi ksur ta' regolamenti. Imma mil-lat ta' policy holder ma naħsibx li jekk f'xi każ il-ksur tal-kuntratt ikun ta' benefiċċju għall-policy holder, m'għandux ikollu d-dritt li jikser il-kuntratt. (Interruzzjonijiet) Jiġifieri dan li qed ngħidu huwa li din qiegħda fuq l-insurer biss. Jiġifieri min qed jinxurja ma jistax iġib l-argument li kien hemm ksur ta' liġi. Min hu insuredjekk jaqbillu hekk, jista' jġibu dan l-argument.