THE CHAIRMAN: Il-Ministru. ONOR. LEO BRINCAT:Sur President, fil-fatt qed jikkonfermawli li diġa' ħarġu guidelines għal dawk li huma life policies u jekk ikun hemm il-ħtieġa li f'setturi oħrajn ikun hemm direttivi oħra, dawn jinħarġu.
THE CHAIRMAN:L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Voldieri din il-problema qed tiġi apprezzata - ma nafx jekk qattx ġiet diskussa fil-Parlament - u qed inqajjimha off the cuff biex inkunu iżjed ċari.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru. ONOR. LEO BRINCAT: Fil-Parlament ma nafx jekk qattx ġiet dikussa qabel biss min-naħa tan-nies tekniċi ta' l-MFSC stess u anke l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni jidhru li huma aware tal-problema kif qed titqajjem. Anzi se jżommuha taħt ċertu skrutinju ħalli jekk ikun hemm bżonn isiru d-direttivi neċessarji.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER: Issa minn fejn joħroġ il-poter ta' l-awtorita' li tinfluwenza l-lingwaġġ li jista' jintuża?