THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Mr Chairman, qabel ma nagħlqu din il-klawsola għandi emenda verbali:
Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 47 tat-test Malti minflok il-kliem "kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju li jkun sitwat f'Malta" għandhom jidħlu l-kliem "kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju sitwat f'Malta".
In subclause (1) of clause 47 of the Maltese text for the words "kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju li jkun sitwat f'Malta" there shall be substituted the words "kuntratt ta' assigurazzjoni dwar riskju sitwat f'Malta".
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali li għadu kif ressaq il-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda verbali għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 47 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed. Klawsola 47 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.