THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT:Sur President, din il-klawsola tipprovdi sabiex l-ebda kumpannija awtorizzata ma toħroġ - jew iġġiegħel li jinħareġ - xi reklam jew tmexxi jew iġġiegħel li titmexxa f'Malta xi attivita' promozzjonali dwar il-kummerċ ta' l-assigurazzjoni li jew tqarraq jew tinganna lil xi detentur ta' polza prospettiv, jew lis-settur ta' l-assigurazzjoni b'mod ġenerali, jew lill-pubbliku b'mod ġenerali dwar l-attiv tagħha, jew dwar l-istruttura korporata tagħha, jew dwar il-qagħda finanzjarja tagħha jew dwar awtorizzazzjoni jew dwar xi ħaġa oħra materjali.
B'mod ġenerali din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 11 li jitkellem dwar il-kunsens meħtieġ għal riklamar ta' skemi, strumenti u servizzi ta' l-Att ta' l-1994 dwar Servizzi ta' Investiment u artiklu 72 - Insurance Advertisements - ta' l-Insurance Companies Act ta' l-1982 tar-Renju Unit.