THE CHAIRMAN: L-Onor. Dalli.
ONOR. JOHN DALLI: Din hija klawsola li naturalment hija ta' ċerta importanza f'dak li huwa protezzjoni tal-konsumatur. Hawnhekk qed ngħidu li kull reklam ta' l-insurance irid ikun fattwali u ma jridx jagħti impressjonijiet qarrieqa, impressjonijiet foloz ta' x'jista' jkun covered u x'tista' tieħu bħala kumpens għal losses li jkollok. Fid-dinja kompetittiva tal-lum aħna nafu li ħafna drabi l-marketing isir b'mod li jaqgħu għat-tentazzjoni li jkunu on the fringe biex ibiegħu u hawnhekk qed nipprovdu biex ħafna nies li ma jkunux jifhmu l-komplikazzjonijiet u l-intrigues tal-poloz ta' l-assigurazzjoni li jkunu deħlin fihom ma jiġux mitmugħa informazzjoni ħażina.