ONOR. LEO BRINCAT: Iva, nikkonferma.
ONOR. GEORGE HYZLER: Nixtieq nistaqsi wkoll min se jkun responsabbli għall-claims li jistgħu jsiru taħt dan il-fund għax jekk ma niżbaljax dak iż-żmien kien hemm ċerta discretion ta' l-Attorney General.
ONOR. LEO BRINCAT: Qed jgħiduli li fi klawsola 51 hemm provvediment biex ikun hemm anke management committeeu li se jitmexxew anke by regulation.
ONOR. GEORGE HYZLER: Iva, imma minn min? Qed ngħid hekk anke for the record u għall-bżonnijiet ta' dawk il-ftit li jkunu qed jisimgħuna. Jekk xi ħadd irid jagħmel claim fuq dan il-fund lil min se jindirizzah? Min se jmexxi l-fund? Taħt ir-regolament tas-security fund, jekk ma niżbaljax, kien hemm discretion ta' kif kienu jitħallsu l-vittmi u ma kienx hemm formola stabilita ta' kif għandhom jitħallsu.