Klawsola 50 - Kontribuzzjonijiet għall-Fond.
Clause 50 - Contributions to the Fund.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT:Sur President, din il-klawsola tipprovdi sabiex il-kumpanniji awtorizzati biex imexxu l-kummerċ ta' l-assigurazzjoni f'Malta jikkontribwixxu fil-fond b'dawk l-ammonti u b'dawk il-limitazzjonijiet hekk kif jistgħu jiġu preskritti.
Din il-klawsola hija mfassla fuq id-dispożizzjonijiet ta' subartikli (2) u (3) ta' l-imsemmi artiklu 26.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Hyzler.
ONOR. GEORGE HYZLER:Mr Chairman, irrid inżid xi ħaġa żgħira ma' dak li kont għidt, ovvjament fil-kontest ta' dan l-artiklu. Jien ma nafx x'inhi s-sitwazzjoni llum, pero' possibbli li l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni ma jkunux jafu min qabel kemm huma mistennija li jikkontribwixxu? Veru li qegħdin fil-business tar-riskju imma li ma tkunx taf it-taxxa - għaliex għalihom din hija taxxa - kemm se tkun minn qabel qed naraha daqsxejn stramba. Se tmur fl-aħħar tas-sena u tgħidilhom li għandek bżonn Lm50,000 jew Lm100,000?