Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 326,35 Kb.
səhifə67/94
tarix05.01.2022
ölçüsü326,35 Kb.
#75206
1   ...   63   64   65   66   67   68   69   70   ...   94
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Borg.
ONOR. JOE BORG: Sur President, biex inkomplu fuq dak li qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor. Hyzler, irrid ngħid li għandi xi kummenti x'nagħmel kemm fuq l-ewwel proviso, kif ukoll fuq it-tieni proviso. L-ewwel proviso ma jogħġobniex kif inhu worded u allura se nipproponi kif jista' jiġi reworded. Forsi jista' jiġi reworded hekk:
''Provided that such regulations shall ensure that payments made into the fund by companies authorised to carry on long-term business shall be treated separately and shall be utilised exclusively for compensation with respect to long term business, and payments made into the fund by companies authorised to carry on general business shall also be treated separately and shall be used excxlusively for compensation with respect to general business:''
Ma nafx jekk hux dan l-ispirtu ta' dan il-proviso imma jekk dan hu l-ispirtu naħseb li huwa tajjeb li tiġi reworded b'dan il-mod. Jien qed nimxi fuq it-test Ingliż peress li t-test Ingliż jipprevali għax altrimenti kont nimxi fuq it-test Malti.
Il-kumment li rrid nagħmel fuq it-tieni proviso huwa dan. Dan il-proviso jirriferi għal qualifying shareholding pero' qed jgħid li qualifying shareholder, għal dan l-iskop, tfisser persuna li għandha shares li jirrappreżentaw mill-inqas 20%. Issa fil-liġi għandna definizzjoni ta' ''qualifying shareholding'' u tgħid hekk:

''a direct or indirect holding in a company which represents ten per centum or more of the share capital issued by such company or ....''
Allura jien qed nara li hawnhekk hawn konflitt u aħjar li ma tintuża xejn il-kelma ''qualifying'' biex ma jkunx hemm konflitt bejn id-definizzjoni ta' qualifying shareholding bit-10% u u l-oħra bit-20% u tiġi reworded hekk:
''Provided further that no payment shall be made from the fund to any person who is a shareholder in the insolvent company and who holds 20 per centum or more of the issued shares of such company''.
Xejn xejn, wieħed ikun daħħal il-konċett ta' l-issued shares, bħalma hemm ukoll fid-definition ta' ''qualifying shareholding'' tat-10% u tevita l-problema li għandek ''qualifying shareholding'' tfisser mod in ġenerali u hawnhekk tfisser differenti.
Issa biex inkun għidt kollox fid-definition ta' ''qualifying shareholding'' għandek mhux biss it-10% imma anke jekk ikollok voting rights, etc. Hawnhekk qed nillimitawaha għal 20%. Jekk ma triduhiex hekk forsi wieħed jista' jagħmel li għall-iskopijiet ta' dan il-proviso, t-10% imsemmija fid-definizzjoni għandha tinqara 20%.

Yüklə 326,35 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   63   64   65   66   67   68   69   70   ...   94




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin