THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex id-diskussjoni fuq din il-klawsola tiġi posposta sakemm issir l-emenda.
THE CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 51 tiġi posposta? (Onor. Membri: Iva)
Il-permess ingħata u klawsola 51 ġiet posposta.
Klawsola 52 - Preskrizzjoni dwar talbiet għall-ħlas ta' kumpens mill-Fond.
Clause 52 - Prescription in respect of claims for payment out of the Fund.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola tipprovdi għal preskrizzjoni ta' sentejn biex matulhom wieħed jagħmel talba għall-ħlas ta' kumpens mill-fond. Din il-preskrizzjoni saret fuq talba tal-kumitat tal-fond ta' l-assigurazzjoni sabiex it-talbiet li jistgħu jsiru lilu, isirulu fil-perijodu tal-preskrizzjoni u mhux fi żmien indefinit. Fil-fatt paragrafu (a) ta' din il-klawsola se jiġi emendat sabiex minħabba ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji, relatati ma' xoljiment u stralċ konsegwenzali ta' kumpannija, il-perijodu ta' preskrizzjoni ta' sentejn jibda jgħodd mid-data li fiha l-kumpannija tiġi stralċjata u mhux mid-data li l-kumpannija titqies li tkun ġiet xolta.