ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
BAĦRIJA - ASFALTAR TA' TOROQ
13348. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi numru ta' toroq ġodda fil-Baħrija huma llum kważi mibnija kollha, u billi b'mod partikolari fl-inħawi tal-Knisja l-ġdida hemm ħafna residenti li qed joqogħdu f'dawn it-toroq, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn it-toroq jiġu asfaltati?
Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tajt struzzjonijiet sabiex tiġi evalwata is-sitwazzjoni rigward asfaltar ta' toroq ġodda fil-lokalita' sabiex ikun jista' jitħejja programm ta' xogħlijiet skond iċ-ċirkostanzi.
DIPARTIMENT TAT-TRASFUŻJONI TAD-DEMM - ORGANIGRAMMA
13370. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jipprovdi organigramma ta' l-istaff ġewwa l-Blood Transfusion Department? Kemm hemm preżentement postijiet vakanti u ta' liema grad?