ONOR. MICHAEL FARRUGIA: It-tender li minnu kellha tiġi mixtrija il-mediċina Beclomethasone 250mcg inhaler kellu jiġi kkanċellat minħabba fi problemi waqt l-ipproċessar ta' l-offerti. Biss id-dipartiment ipproċessa ordni oħra għal 6250 inhalers (bejn wieħed u ieħor dawn għandhom iservu għal sitt xhur bil-konsum ġdid) li minnha għandu jasal l-istokk fi żmien xahar ieħor. Meta jasal dan l-istokk jkunu jistgħu jiġu mibdija l-biċċa l-kbira tal-pazjenti ġodda fuq din il-mediċina.
RAĦAL ĠDID - GĦAJN DWIELI - GARAXXIJIET
13592. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-garaxxijiet li hemm fi plot 9, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid humiex se joħorġu għall-bejgħ jew kiri? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema prezz?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-garaxxijiet indikati se joħorġu għall-bejgħ fi ftit taż-żmien ieħor. Il-prezz tagħhom jiġi stabilit hekk kif ikun lest il-proġett.