ONOR. AUSTIN GATT: Jekk niftakar sewwa, f'xi domanda parlamentari oħra, il-Ministru kien qal illi d-dipartiment kellu 18-il dar abitabbli u available għall-allokazzjoni - jiġifieri hawn kien għamel distinzjoni bejn postijiet li huma abitabbli u l-oħrajn li għandhom bżonn xi tiswijiet. Jista' l-Ministru jgħid kif jirrikonċilja n-numru li ta llum mal-fatt li kien hemm supply ta' 18 il-post biss?
MADAM SPEAKER:Il-Ministru tad-Djar.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jekk m'iniex sejjer żball - ma nafx jekk tidhirx fl-order paper tal-lum - għal quddiem hemm mistoqsija parlamentari li fiha nnutajt li wieħed għandu joqgħod attent, biex ngħid hekk, għax in-numru ta' postijiet available għad-dipartiment mhux dejjem ikun l-istess peress li jaf jagħti l-każ li waqt li tkun qed talloka xi postijiet jidħlu fil-pussess tiegħek xi postijiet oħra u allura jaf ikollok dan it-tibdil fin-numru ta' postijiet għad-dispożizzjoni. Dik hija r-raġuni għalfejn in-numru ma jkunx l-istess għax sakemm tagħti xi postijiet ġieli jilħqu jidħlu oħrajn u fuq dan is-suġġett għandu jkolli tweġiba bil-miktub aktar 'il quddiem .