MADAM SPEAKER: L-Onor. George Pullicino.
ONOR. GEORGE PULLICINO: Jafx il-Prim Ministru illi l-karozza li nxtrat ma kenitx biss għalija imma kienet ukoll għas-servizz ta' l-istaff u għas-servizz ta' nies oħrajn? Jafx il-Prim Ministru li l-ġurnata li jiena temmejt l-impjieg tiegħi minn mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, din il-karozza ttieħdet mill-Ministru ta' Edukazzjoni meta fil-fatt dik il-karozza kienet inxtrat mill-Vot tal-kunsill, liema kunsill għadu sal-lum ma jiffurmax parti mis-sistema tas-Servizz Ċivili?