Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə36/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   32   33   34   35   36   37   38   39   ...   96
THE CHAIRMAN: Onorevoli niġbidlek l-attenzjoni li fadalek tliet minuti.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Fadalli tliet minuti u allura se jkolli naqta' fil-qasir. Ma rridx intawwal fuq l-ETC għax dan kien vot li din il-Kamra diġa' ddiskutiet sitt ġimgħat ilu, pero' nixtieq inħeġġeġ lill-Ministru biex jagħfas ftit fuq il-koordinament li jrid ikun hemm bejn il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għaliex naħseb li għaddej iż-żmien u iktar kemm jgħaddi ż-żmien inħallu l-affarijiet kif inhuma, iktar se jkun hemm disgwid.

Ma rridx inħalli barra lis-SEDQA li wkoll taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru fejn hemm Vot ta' Lm732,000. Dan l-aħħar il-Ministru ta tweġiba għall-mistoqsija parlamentari u minna ħareġ ix-xogħol tajjeb li qed isir mis-SEDQA. Jien nistieden lill-Onor. Ministru li fid-diskors tiegħu jidħol fi ftit iktar dettal biex jispjega dan ix-xogħol li twettaq din l-aġenzija u jispjega kif inhu mqassam il-Vot ta' Lm720,000. Jien nifraħ lill-ħaddiema kollha tas-SEDQA għax-xogħol kollu tajjeb li qed jagħmlu.


Sur President, nagħlaq l-ewwelnett b'awgurju sinċier u minn qalbi, biex, kif għidt fid-diskors ta' l-introduzzjoni, il-leata' tagħna tmur lejn dawk li l-iktar għandhom bżonn. Tkun qawwija kemm tkun qawwija il-kritika tagħna hija ntiża biex tagħmel il-ġid għal dawk l-aktar li għandhom bżonn. F'dan il-każ allura jien nawgura lill- Ministru u nawgura lin-nies kollha li jaħdmu miegħu fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li fil-ħidma tagħhom, iva, jaħsbu f'dawk il-persuni li l-iktar għandhom bżonn ħalli dawn isibu spalla fuq xiex iserħu. Jien nieħu pjaċir ninnota li preżenti f'din il-Kamra, hawn anke id-Dottoressa Zrinzo, il-president il-ġdid tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u rrid nawguralha u nifirħilha għal din il-kariga flimkien ma' l-esperti l-oħrajn tal-ministeru li hawn preżenti. Nawguralkom li tħarsu lejn dan il-qasam bħala sfida biex inkomplu noħolqu servizzi li huma personalizzati. Dan kien aspett, kien timbru importanti ħafna ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista u nitlob li l-Gvern jisħaq ħafna fuq dan il-punt. Il-ħarsien soċjali m'huwiex sempliċi titolu li ma jfisser xejn imma huwa piż kbir li jitpoġġa fuq spallejn dak li jkun daħal għal din ir-responsabbilta'. Mis-siġġu tal-ministeru tista' tiffluwenza l-ħajja ta' kuljum ta' min qiegħed jaffronta problemi kbar u kultant dawn ma jkollhom l-ebda tort. Għalhekk meta qed nawgura lilek, Onor.Grech, inkun qiegħed nawgura kwalita' ta' ħajja aħjar lil dawk kollha li b'xi mod qegħdin ibatu jew għaddejjin minn xi problemi. Dan nagħmlu minn qalbi u nagħmlu sinċerament. Grazzi ħafna.
THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak. Skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern. L-Onor. Joseph Abela.

Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   32   33   34   35   36   37   38   39   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin