Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə46/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   42   43   44   45   46   47   48   49   ...   96
ONOR. EDWIN GRECH: L-Onor. Gonzi semma' dawk b'Diżabilita' u hawnhekk irrid ngħid li l-Onor. Gonzi veru għamel ħafna xogħol fil-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' u anke f'kummissjonijiet oħra. Pero' li għaġġibni llejla kien li l-Omor Gonzi bħal donnu ħass li tilef ħafna żmien jagħmel dak ix-xogħol għax ftit kien ra progress. Irid jammetti din! Twaqqfu istituzzjonijiet imma kien sar ftit progress! Issa fi tliet xhur lilna jridna naqtgħu qalbna għax mhux se nkun nistgħu nkomplu nagħmlu dan. Irrid insemmi li fejn jidħlu persuni b'diżabilita' kien il-Gvern Laburista li ħareġ lil dawn il-persuni minn djarhom għax dawn kienu nies li s-soċjeta' ftit kienet taf bihom. Kien il-Gvern Laburista li beda jinkoraġġixxi l-familji tagħhom biex joħorġuhom mid-dar u biex ma jistħux li Alla bagħatilhom xi ħaġa bħal dik! Barra minn hekk, lil dawn in-nies tahom id-dinjita'. Huwa minnu li intkom komplejtu taħdmu fuq dan u aħna wkoll se nkomplu fuq dak li għamiltu intkom. Ma rridux ninsew li l-pensjoni għal persuni b'diżabilita' bdiet fl-1975. Il-pensjoni għal persuni b'diżabilita' mentali tħallew. Huwa veru dak li ntqal li hemm mat-80 persuna b'diżabilita' li m'għandhomx ċans li jattendu f'xi wieħed minn dawn l-adult training centres.

Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   42   43   44   45   46   47   48   49   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin