Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə48/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   44   45   46   47   48   49   50   51   ...   96
THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi. Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista. Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 45 kif imressqa mill-Onor. Giovanna Debono. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-Division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.
Billi ntalbet votazzjoni fid-9.30 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fid-9.35 p.m.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 45 inressqa mill-Onor. Giovanna Debono.. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Division.
VOTAZZJONI NRU. 11

FAVUR : 34
L-Onor



Abela Tony

Galea Pace Victor

Agius Francis

Gatt Austin

Bonnici Josef

Gonzi Lawrence

Bonnici Michael

Hyzler George

Borg Joe

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mugliett Jesmond

Cassar Joe

Muscat Claude

Dalli John

Muscat Richard

D'Amato Helen

Psaila Savona Joe

De Marco Guido

Pullicino George

Debono Giovanna

Pullicino Orlando Jeffrey

Deguara Louis

Refalo Michael

Farrugia Jean Pierre

Tabone Anton

Fenech Adami Eddie

Vassallo Edwin

Frendo Michael

Vella John

Galea Censu

Zammit Ninu

Galea Louis

Zammit Dimech Francis


KONTRA : 35
L-Onor


Abela Carmelo

Farrugia Noel

Abela Joseph

Grech Edwin

Agius Chris

Gulia Gavin

Attard Montalto John

Herrera Jose'

Bartolo Evarist

Mangion Charles

Borg Karmenu

Mintoff Dom

Brincat Leo

Mizzi Joe

Buhagiar Charles

Pace Bertu

Buhagiar Louis

Portelli Alfred

Camilleri Maria

Refalo Anton

Cardona Chris

Sant Alfred

Chircop Karl

Sceberras Trigona Alex

Cilia Joe

Schembri Adami Sandro

Dalli Helena

Spiteri Lino

Debono Grech Joe

Vassallo Adrian

Farrugia Anglu

Vella George

Farrugia Joe

Vella Karmenu

Farrugia Michael





L-Emenda m'għaddietx.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq il-Vot tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali. Ir-riżoluzzjoni li s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,107,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 45 - Ministeru tal-Ħarsien Soċjali

THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Vot tal-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali.
VOT 45 - MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI

Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,107,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 45 - Ministeru tal-Ħarsien Soċjali, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.


Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried
Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 45 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN
VOT 46 - SIGURTA' SOĊJALI
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 51,020,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 46 - Sigurta' Soċjali, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.

.

Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried


Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 46 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN

VOT 48 - XOGĦOL
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 611,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 48 - Xogħol, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 48 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN
VOT XII - MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 726,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XII - Ministeru tal-Ħarsien Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1997.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Ir-riżoluzzjoni taħt X11 għaddiet.

MADAM SPEAKER: Sar il-ħin. Il-Viċi Prim Ministru jressaq l-Aġġornament.

AĠĠORNAMENT



ONOR. GEORGE VELLA: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 4 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:
Ordnijiet tal-Ġurnata
Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1997
Is-Sitt Jum Stabbilit
Voti tal-Ministeru għat-Trasport u Portijiet
MADAM SPEAKER: Skond il-mozzjoni 37 tal-15 ta' Jannar 1997 il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta 4 ta' Frar, 1997 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunika mill-Viċi Prim Ministru.
Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il-Mozzjoni Nru 37 tal-15 ta' Jannar 1997.

MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB



IMPJIEGI - ĊIFRI TAL-QGĦAD

2201. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Peress li l-Ministru għall-Ħarsien Soċjali b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 795 qal li ċ-ċifri tal-qgħad ilhom li ntbgħatu mill-ETC lid-Dipartiment ta' l-Istatistika, jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ġewx pubblikati?
ONOR. LINO SPITERI: L-Ufficju Ċentrali ta` l-Istatistika qatt ma ppublika ċ-ċifra tal-qgħad waħeda. Kif jaf min isegwi l-mod kif kienet u għadha taħroġ l-Istatistika Uffiċjali, iċ-ċifra tkun pubblikata flimkien ma ċifri fuq il-~labour supply~u l-impjiegi fid-diversi setturi. Għalkemm in-numru ta` nies qiegħda hu magħruf mill-Uffiċju ta` l-Istatistika, l-istatistika dwar l-impjiegi għadha mhix magħrufa. Kif l-istatistika tkun magħrufa fil-forma tiġi ppublikatha.
Kif forsi nnota l-Onor Interpellant, l-Uffiċju tal-Istatistika, bl-inizjattiva tiegħu stess, qed joħroġ iċ-ċifri li jkollu bla dewmien.

DJAR - POSTIJIET "DE-REQUISITIONED"

2202. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 800 u peress li l-Ministru qal li matul din is-sena hu maħsub li l-eżerċizzju ta' "derequisitioning" se jkompli f'żewġt ibliet oħra, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bliet u kemm jinvolvu djar jew stabbilimenti f'kull belt?

ONOR. FREDDIE PORTELLI: Id-Dipartiment qed jippjana illi l-eżerċizzju msemmi jsir wara eżerċizzju aktar urġenti li jinvolvi spezzjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva. Wara jiġi deċiż f'liema bliet jew irħula jitkompla l-eżerċizzju msemmi matul l-1997.

PITKALIJA - XOGĦOL TA' TINDIF

2252. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmel id-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika fil-Pitkalija? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema tad-dipartiment konċernat li qed jagħmlu xogħol fil-Pitkalija? X'tip ta' inġenji hemm jaħdmu fil-Pitkalija fil-preżent biex isir it-tindif? Kemm hu n-numru ta' "skips" ipprovduti mid-dipartiment għat-tindif ta' dan il-post? L-inġenji li qed jaħdmu fil-Pitkalija huma tal-Gvern jew huma mikrija mingħand il-privat? Kemm hu l-ħlas li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura se jagħmel lid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika għal dan ix-xogħol? Minn fejn tneħħew il-ħaddiema li llum qed jaħdmu fil-Pitkalija u minn ħa jew se jieħu posthom fil-post fejn kienu?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Fil-Pitkalija qiegħed isir xogħol ta' tindif minn erba' kenniesa u supervisor tat-Taqsima Ndafa Pubblika. L-inġenji użati huma tal-Gvern u jikkonsistu fi:

RCV


Mechanical sweeper

Street Washer


In-numru ta' skips użati huma 6. Il-ħlas għal dan ix-xogħol huwa ta' LM 500 fil-gimgħa.
Il-ħaddiema li qed jaħdmu l-Pitkalija kienu ħaddiema żejda skond il-kuntratti li ġew iffirmati mall-Kunsill Lokali.
B'sodisfazzjoni ngħid li l-Pitkalija qatt ma kienet nadifa daqs kemm hi llum.
DISTRETT NRU. 12 - XOGĦOL TA' DWAL PUBBLIĊI

2253. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi waqt il-laqgħa li nżammet fis-16 ta' Jannar, 1997 f'lukanda f'Buġibba intqal li l-Korporazzjoni Enemalta se tieħu sehem fit-tibdil u twaħħil ta' dawl pubbliku ġdid, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hu mistenni li jeħlu dwal pubbliċi ġodda f'dawn l-inħawi ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar? Kemm dwal pubbliċi minn dawk li hemm illum se jinbidlu? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol? Minn liema vot se jitħallas?
ONOR. LEO BRINCAT: Sehem l-EneMalta dwar il-proġett ta` Buġibba qed ikun diskuss mal-Ministeri tat-Turiżmu u dak tax-xogħol u kostruzzjoni.

WSC - KONSUM TA' ILMA

2256. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu bħalissa l-livell tal-konsum ta' l-ilma? Minn liema sorsi qed jiġi l-ilma kkunsmat lokalment? Kemm hu n-numru ta' "reverse osmosis plants" bħalissa? Liema minnhom qed jaħdmu fil-preżent? Kemm-il "train" ta' produzzjoni hemm bħalissa f'kull każ? X'tip ta' testijiet isiru fuq l-ilma li qed jiġi kkunsmat? Kull kemm isiru? X'inhuma r-riżultati li qed jinkisbu?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


UNIVERSITA' - STUDENTI

2257. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' studenti li kienu qed jattendu l-Universita', sena b'sena mill-1984 'il hawn? Liema kienu l-korsijiet ġodda li nfetħu f'dawn l-aħħar ħames snin fl-Universita'? Hemm xi korsijiet ġodda li mistennija jinfetħu mis-sena skolastika li jmiss? Jekk iva, liema huma dawn il-korsijiet? Jista' jekk jogħbġbu l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn liema lokalita' huma l-istudenti li bħalissa qed jattendu xi kors fl-Universita'?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Preżentement l-Universita' qed tistudja l-possibilta' li jkun offrut kors fil-'Clinical Psychology', 'Counselling Psychology' u 'Educational Psychology' fil-livell Masters. Ir-regolamenti għal dan il-kors diġa' kienu approvati mis-Senat u qed isiru diskussjonijiet mad-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni qabel isir rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex jinfetaħ dan il-kors.
L-informazzjoni l-oħra mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.


SAĦĦA - GĦOTI TA' MEDIĊINI B'XEJN

2258. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Maltin u Għawdxin li huma ntitolati li jieħdu mediċini b'xejn f'kull belt u raħal ta' Malta u Għawdex?

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Pazjenti li jkunu għall-kura fi Sptar tal-Gvern jingħataw mediċini b`xejn.

Dawn il-pazjenti jingħataw ukoll mediċini għat-tlett ijiem wara li joħroġ mill-isptar.


In-numru ta` pazjent li jieħdu l-mediċini b` xejn taħt is-Schedule V (kartuna Safra) huma 30173. Ma tinżammx statistika jew informazzjoni rigward in-numru ta` pazjenti f`kull belt u raħal ta` Malta u Għawdex.
In-numru ta` pazjent li huma intitolati għall-mediċina b`xejn (kartuna Rosa) jista jkunu magħrufa mill- Ministeru tas-Servizzi Soċjali.


DJAR - TAL-GVERN - TISWIJIET

2259. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm persuni b'talbiet li jkollhom xi tiswijiet fil-bini tal-Gvern fejn huma joqogħdu minn mindu daħlet fis-seħħ il-"policy" dwar tiswijiet ta' bini mill-1992 'l hawn, sena b'sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqtu? F'kemm minnhom ix-xogħol meħtieġ diġa' sar? Mil-liema lokalitajiet, sena b'sena waslu dawn it-talbiet?
ONOR. FREDDIE PORTELLI: Lista li turi informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
L-ewwel lista tindika t-talbiet kollha lokalita', lokalita' b'indikazzjoni ta' kemm ġew approvati u rifjutati talbiet għal tiswijiet mill-1992 sal-lum. It-tieni lista tindika kemm minn dawn it-talbiet fil-fatt mhux talli ġew approvati talli tlesta x-xogħol approvat. Minn dawn il-listi johroġ li kemm ilu li twaqqaf id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fl-1992, saru 10,881 talbiet għal tiswijiet li minnhom ġew approvati 9,458 u rifjutati 1,423. Mix-xogħol approvat tlestew 7,010 waqt li għad hemm pendenti għal spezzjoni jew bla deċiżjoni 176, jiġifieri fil-fatt bejn li tlestew jew ġew rifjutati, sal-lum inqatgħu 78% tat-talbiet.

MOSTA - TRIQ TA' XKORA - DRENAĠĠ

2433. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' xogħol ta' l-għoti ta' servizz ġdid ta' drenaġġ li se jsir fi Triq Ta' Xkora, Mosta li huwa ndikat f'tender no. WD 1977/90/3? Dan qiegħed jintalab biex ir-residenti jkunu jafu minn fejn se jsir ix-xogħol peress li għad hemm ix-xogħol ta' bini għaddej.

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-pjanti kif mitluba mill-Onor. Interpellant f'domanda 2433 qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.


PIXXINA NAZZJONALI - "STAND"

2462. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-istand fil-Pixxina Nazzjonali? Jekk iva, hux possibbli illi ssir tinda minħabba li x-xemx tiġi diretta fuq dik in-naħa?

ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari nru. 2379.


ENEMALTA - LAMPI TAT-TOROQ

2463. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta, mill-20 ta' Ottubru 1996 importatx lampi tat-toroq? Jekk iva, kemm ġew importati u kienx biżżejjed biex ifornu lil Malta u lil Għawdex?
ONOR. LEO BRINCAT: Mill-20 ta` Ottubru, 1996, għadhom ma ġewx importati lampi tat-toroq. Minn dak iż-żmien `l hawn s`issa ħarġu żewġ ordnijiet, iżda l-lampi għadhom ma waslux.
M`hawn l-ebda nuqqas ta` lampi tat-toroq fil-preżent. Bħalissa l-EneMalta m`għandhiex lanterni `in stock`, iżda diġa` saret ordni għalihom.

MERKANZIJA - SUSSIDJU FUQ IL-ĠARR

2464. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx sussidju fuq il-ġarr ta' merkanzija ta' neċessitajiet lejn Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn l-oġġetti u bin-nollijiet il-ġodda, jiġux affettwati il-prezzijiet?

ONOR. LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.


IMPJIEGI

2465. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa u rġiel jaħdmu fuq bażi "part-time" għas-snin 1992, 1993, 1994, 1995 u 1996? Kemm minn dawn in-nisa u rġiel diġa' kellhom ukoll impjieg "fulltime"? Kemm kien hemm nisa miżżewġin u nisa mhux miżżewġin li kellhom impjieg "part-time" bħala impjieg ewlieni?

ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta` nisa u rġiel li jaħdmu fuq bażi `Part time`, `Part timers` li għandhom `full time job`, u `Part time` bħala impjieg ewlieni huwa kif ġej:-

Dicembru Settembru


Impjegati Part-time





1992

1993

1994

1995

1996

Rgiel

8,925

8,916

9,170

13,190

14,919

Nisa

5,036

5,502

6,249

8,598

9,786

Total

13,961

14,418

15,419

21,778

24,705

Part-timers li għandhom full time job






















Rgiel

5,914

5,873

5,864

9,058

10,208

Nisa

1,091

1,282

1,353

2,082

2,562

Total

7,005

7,155

7,217

11,140

12,770

Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   44   45   46   47   48   49   50   51   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin