ONOR. GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara s-26 ta' Ottubru 1996 formalment ma bdew jiġu negozjati ebda akkordji jew trattati bilaterali bejn Malta u pajjiżi oħra.
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fit-tlett xhur li ilu dan il-Gvern diġa għamel ħafna kuntatti bilaterali u hemm numru ta' suġġerimenti dwar kooperazzjoni bilaterali li saru fil-laqgħat bilaterali li saru ma pajjiżi barranin sa issa, u li nisperaw li jiżviluppaw fil-futur.
BUDGET 1997 - TWEĠIBA GĦAD-DISKORS TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI