Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - STIKEK TAZ-ZOKKOR



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə80/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   76   77   78   79   80   81   82   83   ...   96
DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - STIKEK TAZ-ZOKKOR

2510. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Gvern Nazzjonalista kien introduċa l-i"sticks" taz-zokkor għal dawk id-dijabetiċi taħt il-35 sena. Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jestendi l-għoti ta' l-i"sticks" tat-testijiet taz-zokkor lil dawk il-pensjonanti li jbatu minn "Insulin Dependent Diabetes Mellitus"?

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Qed isiru diskussjonijiet ma għaqdiet volontarji.

IMPJIEGI

2511. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' fabbriki: 1) li għalqu xahar b'xahar matul l-1996 u kemm intilfu mpjiegi; 2) li fetħu ġodda xahar b'xahar matul l-1996 u kem instabu mpjiegi ġodda?
ONOR. EDWIN GRECH: B`referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2511, il-Korporazzjoni tal-Impjiegi u Taħriġ ma żżommx informazzjoni fuq fabbriki li fetħu jew inkella għalqu matul is-sena. Għaldaqstant nitolbu l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.



Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   76   77   78   79   80   81   82   83   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin