DISTRETT NRU. 1 - SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU
2518. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar il-pjanijiet li kien hemm għal sistema ta' trasport f'postijiet strateġiċi fil-Belt u fil-Furjana? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jinbeda dan is-servizz?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li f'Lulju ta' l-1994 kien iffirmat ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-Għaqda tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja li jaħseb għall-introduzzjoni ta' servizzi ġodda ta' trasport bi skeda madwar u fil-Belt Valletta u parti mill-Floriana skond ma turi l-mappa li kopja tagħha se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Kien hemm il-ħsieb li għall-ewwel darba, f'dan is-servizz kien se jiddaħħal il-kunċett ta' Liċenzja ta' Operatur.
Aktar tard matul l-istess sena, kienet ħarġet sejħa pubblika biex ikun jist' jsir dan is-servizz, wara li kienet saret konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta-Belt Valletta u tal-Furjana. Il-ħsieb kien li s-servizz kellu jibda fl-1995.
Jien infurmat li l-Awtorita' kienet irċeviet żewġ offerti; waħda mingħand operatur privat u l-oħra mingħand l-Għaqda tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja (Public Transport Association). Din l-offerta baqgħet ma ngħatatx.
Li sar, iżda, kien li fl-1995 kien estż is-servizz tar-Rotta 98 kemm fir-rigward ta' żieda fi vjaġġi kif ukoll f'distanza. Dan is-servizz ċirkolari li qabel kien idur madwar il-Belt kien estiż għall-Furjana billi l-karozza tal-linja qed tibqa' tielgħa sa ħdejn il-Poliklinika tal-Furjana qabel ma tibqa' sejra lejn Putirjal.
Il-ħinijiet tal-vjaġġi, matul il-ġimgħa kollha, issa huma:
6.30, 7.00, 7.30, 8.00, 8.30, 9.00, 10.00, 11.00, 12.00, 13.00, 15.00, 16.00, 17.00, 18.00 u 19.00.
Dostları ilə paylaş: |