Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə9/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   5   6   7   8   9   10   11   12   ...   96
MADAM SPEAKER: L-Onor. Joe Cassar.
ONOR. JOE CASSAR: Jista' l-Prim MInistru jgħid, bejn wieħed u ieħor, meta se jitlestew dawn il-proċeduri?
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Madam Speaker, l-ewwelnett dawn m'humiex proċeduri imma huma proċessi fis-sens li dawn jinvolvu interazzjoni umana komplessa. Ir-rapport intemm f'dik id-data li ġie ppubblikat - jekk niftakar tajjeb kien it-8 ta' Frar - u bħalissa ninsabu fl-istadju ta' konsultazzjoni, għax wara li kellna talba biex jittawwal iż-żmien ta' kunsultazzjoni aħna qbilna li dan għandu jittawwal sa l-aħħar ta' Frar.
Imbagħad se jkun hemm ċertu żmien - ammont ta' ġranet jew ġimgħat - li matulhom il-Gvern jgħarbel dak li jkun wasslu mill-konsultazzjonijiet kif ukoll jiddiskuti mal-membri tal-pulizija dwar x'jaħsbu fuq l-affarijiet li ntqalu.
Kontemporanjament ikun għaddej proċess ta' evalwazzjoni ta' ċerti materji operattivi għax hemm proposti operattivi li huma konkreti biżżejjed biex jistgħu jitħaddmu fl-istadju attwali.
Wara dan il-proċess ikun hemm iż-żmien li matulu l-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet biex allura jibda l-proċess ta' l-implimentazzjoni li naturalment jieħu dak iż-żmien li jkun meħtieġ.



Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   5   6   7   8   9   10   11   12   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin