538. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min ta l-permess biex jitqiegħdu bollards f'Manoel Street, Żebbuġ? F'liema data ħareġ u għaliex ingħata dan il-permess? Min qegħdhom dawn il-bollards? Saret xi konsultazzjoni mar-residenti tat-triq fuq dan? Fejn inħadmu l-bollards? Jistgħu jingħataw l-irċevuti jew karti tal-permess relatati mal-bollards? Hu prinċipju jew intenzjoni tal-Gvern li toroq pubbliċi jingħalqu biex isiru privati? Qatt kien hemm talbiet oħra biex isiru bollards? Kienu ingħataw xi permessi u jekk fl-affermattiv, għal liema raġunijiet?