ONOR. ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Peress li l-persuna indikata hu ġuvni li għadu jgħix mal-familja, il-possibiltajiet li dan jinqeda malajr huma xi ftit remoti.
580. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-applikant mill-Furjana, bil-file No. H 13093 u bl-I.D. No. 63768 (M), jingħata akkomodazzjoni alternattiva?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nixtieq naċċerta lill-Onor. Interpellant illi meta jkun il-waqt l-applikant indikat jingħata akkomodazzjoni alternattiva.