581. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid minn meta ħa l-ħatra ministerjali tiegħu kemm kien in-numru ta' nies li ngħataw akkomodazzjoni alternattiva, minn fejn kienu dawn l-applikanti u jindika l-lokalitajiet tal-postijiet li ngħataw?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Mill-1 ta' Novembru sal-lum, id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ħareġ 34 allokazzjoni ta' postijiet. L-applikanti kienu minn diversi nħawi ta' Malta.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.