2140. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Fir-rigward tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji u relattiv għall-perjodu minn mindu twaqqfet sa meta beda jiffunzjona l-Ombudsman, jista' l-Prim Ministru jgħid:- kemm kien in-numru ta' rakkmandazzjonijiet magħmula lilu, sena sena; kemm kien in-numru ta' rakkmandazzjonijiet li l-Prim Ministru, sena sena: aċċetta li jimplimenta, kemm minnhom irrifjuta li jimplimenta, kemm minnhom aċċetta iżda varja mill-implimentazzjoni rakkmandata u kemm minnhom ma setgħux jiġu mplimentati mill-Prim Ministru iżda riedu l-approvazzjoni ta' ħaddieħor, per eżempju il-Public Service Commission (il-PSC); kemm kien in-numru ta' complaints li l-Prim Ministru rrifera lill-PSC, sena sena; kemm minnhom, sena sena, il-PSC qablet mar-rakkmandazzjoni, ma qablitx mar-rakkmandazzjoni u qablet iżda varjat ir-rakkmandazzjoni?