MADAM SPEAKER (L-Onor. Myriam Spiteri Debono): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet kopja ta' rapport li sar mill-Ombudsman bis-saħħa ta' subartiklu 13 (2) ta' l-Att ta' l-1995 dwar l-Ombudsman u allura skond artiklu 29 ta' l-istess Att inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-
Kopja ta' rapport magħmul mill-Ombudsman dwar ilmenti minn priġunieri nisa fil-ħabs.
Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet, l-Onor. Lawrence Gonzi.