Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə3/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   96

MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI



KAĊĊA/INSIB - REGOLAMENTI
365. L-ONOR. LAWRENCE GONZI (f'isem l-Onor. Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni li kisru r-regolamenti tal-kaċċa u l-insib fl-1996, xahar b'xahar ?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll, f'isem il-Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.
ONOR. AUSTIN GATT: Ma nafx kemm il-Ministru Mizzi hu f'pożizzjoni li jweġibni, pero' xorta waħda se nagħmillu mistoqsija: In vista tal-wegħda li kien hemm fil-programm elettorali rigward l-emendi għar-regolamenti tal-kaċċa, jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jbiddel dawn ir-regolamenti?
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT (Prim Minstru): Iva, ninforma lill-Onor. Membru li r-regolamenti li se jemendaw il-liġi tal-kaċċa huma fi stat avvanzat ta' tħejjija u dalwaqt se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin