ONOR. CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Pjanti ta’ xogħol dwar l-għoti ta’ servizz ġdid ta’ drenaġġ għal Triq Ta’ Xkora, Mosta, indikat f’tender numru WD 1977/90/3, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2433; u
-Rapport dwar il-proġett taċ-Ċentru Nazzjonali ta’ l-Arti fil-Belt, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2515.
MADAM SPEAKER:Grazzi, il-Ministru Portelli.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-
Informazzjoni dwar tiswijiet f’bini tal-Gvern bejn l-1992 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2259.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi f'isem il-Ministru Noel Farrugia.
ONOR. JOE MIZZI Madam Speaker, f'isem il-Ministru tal-Biedja u Sajd inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-
Informazzjoni dwar il-valur ta’ ħut mibjugħ fil-Pixkerija bejn l-1991 u l-1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2506; u
-Tabella li turi informazzjoni dwar il-kwota tal-ħalib u n-numru ta’ produtturi tal-ħalib reġistrati bejn l-1981 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2531.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Stqarrijiet ministerjali? Mozzjonijiet, Ordnijiet tal-Ġurnata.