Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə39/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   35   36   37   38   39   40   41   42   ...   96
THE DEPUTY CHAIRMAN: On a point of order l-Onor. Gonzi.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Sur President, jiena domt nipprepara għad-diskors tal-lejla u kont nistenna li l-Ministru jwieġeb id-diskors tiegħi u mhux artiklu li deher ġimgħa ilu. Naħseb li jekk iwieġeb artiklu ta' ġimgħa ilu jkun out of order. (Onor. Membri: Hear, hear)
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Grech.
ONOR. EDWIN GRECH: Mr Chairman, mhux veru li nkun out of order għax illejla hawnhekk intqal ħafna fuq dak li ma ddiskutejniex. Fil-gazzetta l-Onor. Gonzi kkritika lill-Gvern talli naqqas il-budget tal-Kummissjoni b'Lm20,000 u dik kienet l-ewwel gidba. GĦamel akkuża oħra fis-sens li minħabba dan it-tnaqqis fil-budget il-Kummissjoni mhux se tkun tista' tagħmel ċerti attivitajiet u proġetti ġodda tagħha. Fl-1993 kien sar seminar fejn l-Onor. Gonzi meta kien qed jitkellem fuq il-liġi dwar opportunitajiet indaqs li kienet qed tipprepara l-Kummissjoni kien semma l-accessibility unit, u niftakar għax kont attendejt. Meta kien qed jitkellem dwar l-aċċessibilita' kien qal hekk:
"Dan huwa wieħed mill-aktar oqsma importanti għaliex, apparti l-fatt li d-dritt għall-aċċessibilita' huwa l-ingredjent ewlieni li fuqu jiddependi l-eżerċizzju ta' drittijiet oħra, huwa wkoll fattur li n-nuqqas tiegħu jfisser awtomatikament li tkun qed issir diskriminazzjoni kontra l-persuna b'diżabilita'.".
Jiena qbilt miegħu dak inhar u anke issa naqbel miegħu. Imma għaliex kellu jxellef xi ħaġa tajba li qal hu stess li kienet pożittiva?
Jien nista' ngħid li qatt ma naf li l-Partit Laburista għamel kritika distruttiva u partiġġjana, la fuq il-Kummissjoni u lanqas fuq persuni li għandhom bżonnijiet speċjali. GĦall-kuntrarju, il-Partit Laburista kemm meta kien fl-oppożizzjoni u kemm issa li qiegħed fil-gvern dejjem wera impenn kbir dwar dan il-qasam.
L-Onor. Gonzi jaf kemm-il darba li aħna ltqajna, per eżempju, ma' għaqdiet ta' l-anzjani u li mill-elezzjoni 'l hawn il-Prim Ministru nnifsu ltaqa' tliet darbiet ma' persuni b'diżabilita' u mal-familjari tagħhom, darba f'Kastilja, darba f'Santa Venera u darb'oħra f'GĦawdex. Għalhekk ma nafx x'ried jgħid biha l-Onor. Gonzi meta qal li l-miżura li qed jieħu l-Gvern Laburista "donnu li ma tahiex bil-qalb". Iva, nikkonferma li s-somma ta' Lm20,000 li hemm taħt il- Vot Kapitali tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni qed tiġi vvotata sabiex jitwaqqaf Accessibility Unit biex 'il quddiem kull bini jew kull dipartiment tal-gvern ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'. (Interruzzjonijiet) Dażgur li mhux biżżejjed! Pero' huwa fatt li fl-aħħar għaxar snin ftit li xejn sar f'dan ir-rigward fejn jidħlu dipartimenti tal-gvern. Imma l-Onor. Gonzi issa qed jara din l-urġenza kollha!
L-Onor. Gonzi qalilna wkoll li tnaqqsu Lm20,000 mill-budget u li minħabba f'hekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' mhix se tkun tista' tkompli bil-programmi u bl-attivitajiet tagħha u lanqas se tkun tista' tagħmel proġetti ġodda. Dan m'hu veru xejn. Forsi l-Onor. Gonzi ma jafx li kif kien isir fil-budget qabel, il-Kummissjoni minbarra li kellha vot allokat għaliha, kienet tieħu flus oħra minn voti oħra li kienu jiġu amministrati mill-ex-Ministru Louis Galea. Pero' minn dak li qaluli d-diretturi tiegħi jirriżulta li dak l-ammont ta' flus - li kienu jmorru għall-pagi ta' l-impjegati - kien jiġi mħallas lura matul is-sena.
Quddiemi għandi rapport mill-Kummissjoni li jgħid x'attivitajiet u xi proġetti ġodda se tkun tista' tagħmel bil-flus li qed jiġu vvotati lilha. Fil-fatt il-Kummissjoni se tibqa' taħdem fuq il-liġi dwar opportunitajiet indaqs, u l-ħlas għall-għajnuna legali li hemm bżonn se nagħmlu tajjeb għaliha aħna. Allura għalfejn dak il-ħafna diskors li se nnaqqsulha l-flus u li mhix se tkun tista' tagħmel "hekk" u mhux se tkun tista' tagħmel "hekk"! Il-Kummissjoni se tkun tista' taħdem ukoll fuq proġett ieħor ta' riċerka dwar is-sign language u fuq programm ta' edukazzjoni kontinwa ta' taħriġ u riċerka li huwa magħruf bħala PEKTUR. Jiena naħseb li l-Onor. Gonzi kellu f'moħħu l-proġett, "Skema Pilota għal GĦajxien Issapportjat: Assistenza Personali u Informazzjoni". Jien naf li dan huwa proġett li suppost li kellu jibda s-sena l-oħra iżda li fuqu baqgħu m'għamlu xejn. Din nafha mingħand il-Kummissjoni stess. Tiskanta b'li se ngħidlek, iżda ladarba giddibtna se jkolli ngħidlek. Fil-fatt dan il-proġett għadu fl-iktar stadju embrijoniku.Xi erbat ijiem qabel il-budget bagħtuli fax fejn qaluli li "fil-budget x'aktarx mhux se jkun hemm biżżejjed flus biex inħallsu l-impjegati". Jien immedjatament qabbadt lid-direttur tal-finanzi fil-ministeru tiegħi biex jinvestiga u jagħmilli rapport u dan qalli li l-Kummissjoni għandha biżżejjed flus biex tagħmel il-proġetti kollha li kienet bdiet u anke biex tniedi proġetti ġodda, inkluż il-proġett ta' "GĦajxien Issapportjat: Assistenza Personali u Informazzjoni". Imma x'tibda jekk il-proġett għadu embrijoniku? Lanqas biss għadu beda, lanqas nafu kemm-il fażi fih u l-ebda fażi m'hija costed! Xi proġett trid tibda?! Jien niskanta għax, għalkemm għandi l-akbar rispett lejn il-Kummissjoni u naf bil-ħafna affarijiet tajbin li tagħmel, pero' nista' ngħid li hija nieqsa mill-esperjenza ta' management.

Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   35   36   37   38   39   40   41   42   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin