MADAM SPEAKER: L-Onor. Austin Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jilleġisla direttament jew inkella jekk qabel hux se jwaqqaf xi kumitat biex jikkonsulta mal-partijiet kollha konċernati?
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Il-Gvern għandu mandat preċiż fuq x'inhuma l-bidliet li jridu jitwettqu fil-liġijiet tal-kaċċa u l-insib u dan se jitwettaq permezz ta' legal notice.
MADAM SPEAKER:Mistoqsija supplimentari, l-Onor. Michael Bonnici.
ONOR. MICHAEL BONNICI:Madam Speaker, ladarba l-Prim Ministru qed jitkellem fuq materja li tikkonċerna lil ħafna mill-kostitwenti tiegħi, nixtieq nistaqsih jekk hux se jiġi attwat dak kollu li kien ġie deċiż mill-Onor.George Vella fl-1 ta' Jannar 1995 ?
MADAM SPEAKER: Il-Prim MInistru.
ONOR. ALFRED SANT: Nerġa' nirripeti li aħna għandna mandat preċiż fuq il-bidliet li jridu jseħħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġijiet tal-kaċċa u ta' l-insib u dawn huma li se jitwettqu, la aktar u lanqas inqas.