Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə40/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   36   37   38   39   40   41   42   43   ...   96
THE DEPUTY CHAIRMAN: Point of order. L-Onor. Cassar?
ONOR. JOE CASSAR: Jekk il-Ministru se jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra m'hemmx għalfejn nagħmel point of order.
ONOR. EDWIN GRECH: Iva, bil-permess tal-Kumitat dan ir-rapport se npoġġih fuq il-Mejda aktar tard. Qalulna wkoll li minħabba diversi raġunijiet, primarjament il-fatt li l-elezzjoni ġiet tmien xhur qabel iż-żmien, il-Kummissjoni ma setgħetx tkompli bil-proġetti kollha tagħha u għalhekk ma nefqitx il-flus kollha li kellha disponibbli għas-sena 1996. Elezzjoni u mhux elezzjoni, jien ma nistax nara għaliex il-Kummissjoni kella tieqaf milli tkompli bil-proġetti tagħha. Min waqqafha milli tkompli? Ma nafx jekk dak iż-żmien l-Onor. Gonzi kienx għadu l-president tagħha u lanqas naf kienx hu li żammha milli tkompli b'xogħolha, iżda li naf żgur hu li din ma kellhiex tieqaf. Jiena lill-Kummissjoni beħsiebni nsaħħaħa u ngħinha biex tkun tista' timmaniġġja l-finanzi u tippjana aħjar il-proġetti tagħha.
L-Onor. Gonzi meta semma l-agenzija SEDQA naturalment semma wkoll il-problemi tad-droga u l-alkoħol. Hawnhekk ma tistgħux tgħidu li naqqasna l-ammont ta' flus ivvotati għax fil-fatt tajna aktar milli kien hemm bżonn, kemm lill-agenzija SEDQA u kemm lill-agenziji l-oħra li huma non-governattivi. Filwaqt li aħna se nkomplu sejrin bil-programmi li qed tifformola s-SEDQA u anke l-agenziji l-oħra, irridu naraw aktar kordinament bejn l-agenziji kolha biex żgur ma jiġux sparpaljati flus, anzi l-flus jintużaw proprju għall-għanijiet indikati. Nista' ngħid li bħalissa qegħdin f'diskussjonijiet mat-tliet agenziji u l-programmi kollha għadhom għaddejjin, kemm dawk ta' prevenzjoni kif ukoll dawk ta' kura. Nista' ngħid ukoll li attendejt ħafna minn dawn il-faċilitajiet u ħadt gost nara dawn l-eżerċizzji. Minbarra li hemm programmi ta' kura, hemm programmi wkoll ta' rijabilitazzjoni u attivitajiet oħra li aħna beħsiebna nkomplu.
Issemmew ukoll l-impiegi u se nwieġeb lill-Onor. Joe Cassar għal ftit mid-domandi li għamilli u sabiex inkun aktar sinċier la sa nagħti figuri ta' Ottubru u lanqas ta' Novembru, allavolja issa nħarġu uffiċjalment, biex ħadd ma jaħseb li se nieħu xi vantaġġ fuqu. Dan is-settur jidher li se jkun iċ-ċentru ta' l-attenzjoni ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista matul il-ħames snin li ġejjin għax minn dak inhar li bdejna għadhom ma waqfux isemmuh, kemm f'domandi parlamentari kemm f'artikli fil-media, kif ukoll f'ħafna diskussjonijiet li jsiru, speċjalment illejla. Jien se nuri kif, kontra dak li turi l-istatistika, dan is-settur kien sostnut minn eluf ta' impiegi mal-Gvern u se nuri wkoll kif fis-sena li daħlet il-VAT - dwar dan tkellem qabli l-Onor. Joseph Abela - kien hemm żieda kbira fin-numru ta' impiegi li fil-fatt ma kienet żieda xejn imma kienet biss żieda li tidher fl-istatistika. Se nuri kif minkejja l-ħafna kliem sabiħ dwar kemm issaħħet l-ekonomija u kemm sirna aktar produttivi, iż-żieda fl-impiegi fis-settur produttiv privat kienet waħda minima. Se nuri wkoll kif minħabba diskrepanzi li hemm fl-istatistika u bit-taparsi privatizzazzjoni qegħdin jinħbew eluf ta' impiegi mal-Gvern.
Fil-kritika tiegħu għall-budget, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li f'għaxar snin irnexxielhom iżidu l-impiegi bi 28,000 għax, skond hu, waqt li n-numru ta' dawk li jaħdmu fl-1986 kien ta' 115,109, f'Settembru ta' l-1996 tela' għal 142,599. Issa hawnhekk wieħed jistaqsi għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għażel li jagħmel il-paragun ma' l-1986 u l-1987, jiġifieri s-sena li huma telgħu fil-gvern. Ħalli ngħidilkom għaliex. Bejn l-1986 u l-1987, sena wara li telgħu fil-gvern, l-impiegi żdiedu għal 121,921, jiġifieri żieda ta' kważi 7,000 impieg. Allura biex jipprova jikkonvinċina kemm żdiedu l-impiegi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni pprova jirbaħ 7,000 impieg ieħor li ma żiedhomx il-Gvern tiegħu imma kien żiedhom il-Gvern Laburista ta' qabel. Ma rridux ninsew li dak iż-żmien in-Nazzjonalisti tgħidx kemm għajruna li daħħalna ħafna nies mal-Gvern biex nirbħu l-elezzjoni u anke l-istess Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu reġa' għajjarna li konna daħħalna eluf mal-Gvern. Illum l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'nifs wieħed qiegħed jgħajjarna li daħħalna 7,000 persuna mal-Gvern u f'nifs ieħor irid jieħu l-kredtu ta' dik iż-żieda fl-impiegi li huwa stess kien għadu kemm ikkundanna. Ma rridux ninsew lanqas li qabel l-elezzjoni ta' l-1987 kienu jgħidu li n-numru ta' nies bla xogħol kien ta' 24,000. Tiftakruha din il-figura 24,000! Madankollu, meta n-Nazzjonalisti telgħu fil-gvern, l-istatistika uffiċjali tal-Gvern ma bdietx turi li l-qgħad kien jammonta għall-figura ta' 24,000, imma li kien hawn 5,630 persuna bla xogħol. Issa, fid-Diskors tal-Budget, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' semmielna ċ-ċifra ta' 14,000. Allura jien nistaqsi lill-Onor. Fenech Adami kemm verament kien il-qgħad fl-1987 meta telgħu fil-gvern huma, jekk hux 24,000 kif qal dak iż-żmien, jekk hux 14,000 kif qal ġimgħatejn ilu, jew 5,630 kif tgħid l-istatistika uffiċjali tal-Gvern? Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid ikun kredibbli u jikkonvinċina li l-Gvern tiegħu wettaq xi record fis-settur ta' l-impiegi, kull paragun irid isir bejn Diċembru ta' l-1987 u Settembru ta' l-1996 għax sa kważi nofs l-1987 kien għad hemm Gvern Laburista. Mela l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jista' joqgħod jgħajjarna kemm irid li aħna daħħalna eluf ta' nies mal-Gvern, anke jekk hu f'dawn l-għaxar snin għamel l-istess, iżda hu ma jistax jieħu l-kredtu ta' żieda ta' 7,000 impieg li kien hemm dak iż-żmien.
Issa ħalli nagħmel daqsxejn ta' analiżi u hawn jiddispjaċini jekk forsi se ndejjaqhom bil-figuri li se nsemmi. Intqal li l-gainfully employed fl-1987 kienu jlaħħqu għal 121,921. F'Settembru ta' l-1996 il-figura tal-gainfully occupied kienet ta' 142,599, jiġifieri f'għaxar snin kien hemm żieda ta' 20,500 u mhux ta' 28,000 kif qal l-Onor. Fenech Adami li dejjem iżid l-eluf, kemm ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol u kemm tal-gainfully employed! Imma nonetheless, din hija żieda sabiħa għax tfisser żieda medja ta' xi 2,000 impieg fis-sena. Kemm hi reali din iż-żieda ta' 2,000 impieg fis-sena? Din id-domanda diġa' staqsieha sieħbi l-Onor. Abela. Fl-istatistika hemm diskrepanzi kbar. Erbat ijiem ilu ħarġu ċ-ċifri uffiċjali għal Ottubru u Novembru imma, kif diġa' għidt, jien se nieħu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni sa Settembru biex b'hekk l-Onor. Cassar ma jaħsibx li qed inkun unfair. L-istatistika tal-gainfully employed hija maqsuma f'erba' kategoriji.

Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   36   37   38   39   40   41   42   43   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin