Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə44/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   40   41   42   43   44   45   46   47   ...   96
THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor. Cassar.
ONOR. JOE CASSAR: Nittama li l-Onor. Ministru issa jerfa' r-responsabbilta' ta' dan li qed igħid.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Grech kompli bid-diskors tiegħek, jekk jogħġbok.

ONOR. EDWIN GRECH: Mr Chairman, biex nagħlaq irrid ngħid li quddiemna għandna pjan ta' ħidma u xi wħud min-naħa ta' l-Oppożizzjoni fehmu li dan il-budget juri b'mod ċar kif il-Gvern Laburista se jkun qiegħed iwettaq waħda mill-wegħdiet tiegħu, jiġifieri dik li joffri ħarsien soċjali adegwat liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Diġa' semmejt li matul din is-sena se nżidu n-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali b'madwar Lm12 miljun biex b'hekk inkomplu ngħinu lis-soċjeta' tagħna tiżviluppa, l-aktar u aktar lil dawk fil-bżonn. Fost affarijiet oħra semmejt kif il-qasam tal-persuni b'diżabilita' se nagħtuh l-importanza li tixraqlu biex ngħinu lil dawk in-nies igawdu minn opportunitajiet indaqs; għidt kif se nikkordinaw il-ġlieda kontra d-droga, l-aktar fil-qasam soċjali; semmejt kif irridu naġġornaw il-politika tax-xogħol biex tirrifletti r-realtajiet tal-lum; u spjegajt ukoll kif se nsaħħu d-Dipartiment tax-Xogħol biex ikun f'pożizzjoni li jħares verament id-drittijiet tal-ħaddiem. Dan kollu ma jistax isir jekk ma jkollix il-koperazzjoni ta' l-impjegati kollha li jaħdmu fid-dipartimenti, fil-korporazzjonijiet, fl-aġenziji li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi. Għalhekk nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-impjegati tax-xogħol u l-ħidma kbira tagħhom u ngħidilhom li dak li qegħdin jagħmlu u dak li se jkomplu jagħmlu m'humiex jagħmluh għall-Gvern preżenti iżda qed jagħmluh għaċ-ċittadini. Għalhekk anke hawnhekk is-servizz għandu jingħata bil-ħsieb li ċ-ċittadin għandu dejjem jiġi l-ewwel.
Fil-qasam tax-xogħol għamilniha ċara li s-settur privat irid ikun hu l-mutur ta' l-ekonomija u allura rridu nsibu mezz kif lil dan nagħtuh nifs ġdid billi se nneħħu l-VAT, jiġifieri dik it-taxxa li minkejja li n-Nazzjonalisti jgħidu li hija taxxa ġusta u meħtieġa, in-negozjanti ta' daqs żgħir u medju sabuha taxxa ta' xkiel kbir għall-attivitajiet tagħhom. Fil-fatt, waħda mir-raġunijiet għaliex fis-26 ta' Ottubru tas-sena l-oħra l-poplu għażel lill-Partit Laburista kienet proprju t-taxxa tal-VAT. Mr Chairman, ma ninsewx li l-ekonomija tagħna tiddependi ħafna fuq dawn l-azjendi u allura jekk jingħataw l-ispazju xieraq fejn joperaw dawn għandhom il-kapaċita' li jiġġeneraw ix-xogħol. F'dan il-budget il-Gvern qed juri bl-iktar mod ċar l-impenn tiegħu li jgħin lil dawn l-azjendi żgħar billi jwaqqaf Istitut għat-Tkattir ta' l-Intrapriża Żgħira. Dan se nagħmluh biex insaħħu dan is-settur importanti ta' l-industrija lokali ħalli jkompli jitkattar ix-xogħol.
Ħaġa oħra hija li wara l-istaġnar u l-kriżi li waqa' fih is-settur tat-turiżmu minħabba l-VAT, it-tneħħija minn April li ġej ta' din it-taxxa minn fuq it-turiżmu se tagħti imbottatura ġdida lil dan is-settur. Din l-industrija tikkontribwixxi għal parti kbira mill-attivita' ekonomika tal-pajjiż u allura jekk bit-tneħħija tal-VAT insaħħuha, fl-istess waqt inkunu qegħdin noħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol. Dan se nkunu nistgħu nagħmluh, Mr Chairman, minħabba li aħna m'għandna xejn x'jorbotna, m'għandniex l-ossessjoni li rridu nissieħbu ma' l-Unjoni Ewropea bil-piżijiet kollha li ġġib magħha sħubija bħal, per eżempju, il-VAT.
Aħna se nieħdu l-miżuri li hemm bżonn jittieħdu fl-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u mhux għax jiġu ddettati lilna minn Brussels. Ċertament li mhux se tgħallimna l-Unjoni Ewropea kif noħolqu x-xogħol, meta hi stess għandha iktar minn 18-il miljun persuna bla xogħol. Il-qgħad se nżommuh baxx mhux billi noqogħodu nilgħabu bl-istatistika jew billi jiddaħħlu aktar minn 6,400 jaħdmu mal-Gvern jew fis-settur pubbliku, iżda billi nagħtu fiduċja ġdida u sħiħa lill-kapaċitajiet tal-Maltin u l-Għawdxin u mhux nagħtu x-xogħol u l-eluf ta' liri f'salarji lill-barranin bħal, per eżempju, dawk li taparsi kienu speċjalisti ma' l-MSU. Mr Chairman, biżżejjed insemmi li qegħdin nivvotaw kważi Lm7 miljun għal bini ta' fabbriki ġodda jiġifieri, kważi Lm2 miljun iktar milli nefaq Gvern Nazzjonalista fis-sena l-oħra, biex b'hekk inħajru aktar investiment ġdid f'pajjżna. Għalfejn aħna qed nivvotaw dawn il-flus kollha, jekk mhux biex inġibu l-investiment ħalli noħolqu x-xogħol!
Mr Chairman, biex nagħlaq se nieħu punt mid-diskors li għamel il-ġimgħa l-oħra l-Onor. Michael Frendo waqt li din il-Kamra kienet qed tiddiskuti l- l-estimi tal-Ministeru tal-Kummerċ jiġifieri, meta l-Onor. Frendo kkwota l-awtur Ruman Seneca, fejn qal hekk:
"Jekk ma tafx fejn inti sejjer, l-ebda riħ m'hu tajjeb għalik.".
Hekk qal l-Onor. Michael Frendo tliet xhur wara li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni. Kien proprju għalhekk, Mr Chairman, li f'Ottubru li għadda r-riħ tal-bidla nefaħ b'qawwa kbira għax kien proprju l-Gvern Nazzjonalista li ma kienx jaf fejn huwa sejjer. Għal kuntrarju, il-Gvern Laburista qiegħed juri b'mod ċar fejn hu sejjer u x'inhuma l-miri li jrid jilħaq fl-oqsma kollha tat-tmexxija, mhux lanqas fil-qasam soċjali. Fi żmien meta l-istess Onor. Frendo kien ministru nkarigat mit-trasport pubbliku konna spiss nisimgħu l-frażi "B'tal-linja jaqbillek". Tiftakruha din! (Interruzzjonijiet) Tiftakruha, mela issa ħalli nfakkarkom f'xi ħaġa oħra. Bil-pjan ta' ħidma li għandna għal dawn il-ħames snin

li ġejjin se nwasslu li kulħadd biex jibda jgħid mhux "B'tal-inja jaqbilek" imma li "Mal-Gvern Laburista jaqbillek", biex b'hekk wara elezzjoni oħra l-Gvern Laburista jkompli jiggverna. (Interruzzjonijiet)



Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   40   41   42   43   44   45   46   47   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin