Part-time bħala mpieg ewlieni
Rgiel
|
3,011
|
3,043
|
3,306
|
4,132
|
4,711
|
Nisa Mhux Mizzewga
|
1,598
|
1,777
|
1,928
|
2,356
|
2,628
|
Mizzewga
|
2,347
|
2,443
|
2,968
|
4,150
|
4,596
|
Total
|
6,956
|
7,263
|
8,202
|
10,638
|
11,935
|
SKEJJEL - "SUPPORT TEACHERS" MA' TFAL B'DIŻABILITA'
2466. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm "support teachers" (ma' tfal b'xi forma ta' diżabilita') fl-iskejjel Primarji u Sekondarji? X'inhi l-pożizzjoni fis-"supply" ta' dawn is-"support teachers"? Kemm hemm rikjesti għal dawn is-"support teachers" li għadhom ma ġewx milqugħa?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Is-Sezzjoni ta' l-Edukazzjoni Speċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni toffri servizz ta' appoġġ (Support) lil tfal b'diżabilita'. Dan is-servizz jingħata kemm fl-iskejjel mainstream kif ukoll fid-djar.
Dawn is-servizzi huma maqsuma hekk:
Servizz għal tfal neqsin mill-viżta
Malta - 3 għalliema
Servizz għal tfal neqsin mis-smiegħ
Malta - 12 l-għalliema; Għawdex - 2 għalliema
Servizz għal tfal morda fit-tul
Malta - 7 għalliema
Servizz għal tfal b'diżabilta' emozzjonali
Malta - għalliem wieħed
Għalliema Early Interventionists
Malta - 4 għalliema; Għawdex - għalliema waħda
Sal-lum għad ma kien hemm l-ebda talba għal dawn it-tipi ta' appoġġ li ma ġietx milqugħa.
Dostları ilə paylaş: |