2469. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jara li jsiru żewġ karozzi tal-linja li jitilqu mill-Imqabba waħda fis-7.00 a.m. u l-oħra fis-7.30 a.m. peress li f'dawk il-ħinijiet il-karozzi tal-linja mill-Qrendi jiġu mimlija? (mit-Tnejn sal-Ġimgħa).
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jien infurmat li fil-jiem li ġejjin l-Enforcement Officers ta' l-Awtorita' dwar t-Trasport Pubbliku se jagħmlu "monitoring" f'Imqabba f'dawk il-ġinijiet biex ikun magħruf jekk jeżistux problemi. Jekk jirriżulta li tabilħaqq qed ikun hemm problemi fis-servizz fl'Imqabba fil-perjodu msemmi, jittieħdu l-passi meħtieġa. Filwaqt li nemmen li għal kull problema hemm soluzzjoni, tajjeb li wieħed jifhem li biex jintbagħtu żewġ karozzi kif qed jissuġġerixxi l-Onorevoli Nterpellant, dawn ikun jridu jittieħdu min fuq xi rotta oħra, fejn allura jistgħu jinħolqu problemi ġodda.