Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


PA - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL POST "AUSTRALIA HALL"



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə53/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   49   50   51   52   53   54   55   56   ...   96
PA - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL POST "AUSTRALIA HALL"

2470. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-post magħruf bħala "Australia Hall"? Min applika dwar dan il-post?
ONOR. GEORGE VELLA: Mill-informazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma' jidher li hemm l-ebda applikazzjoni fuq il-post magħruf bħala "Australia Hall".

IMPJIEGI - INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

2471. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 257 u t-tweġiba mogħtija dwar korrimenti/imwiet fuq il-post tax-xogħol, jista' l-Ministru jgħid f'liema industrija ġraw dawn il-korrimenti/imwiet?

ONOR. EDWIN GRECH: Iċ-ċifri mitluba dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol bejn l-1990 u l-1995 huma kif indikat hawn taħt. Mhux possibli li jiġu provduti ċ-ċifri għall-1996 għaliex għad hemm każijiet li weġġgħu fis-sena 1996 u għadhom ma daħlux lura għax-xogħol.
Wieħed irid jikkonsidra li ċ-ċifri mogħtija f`din ir-risposta huma dawk li kienu seħħew f`dik is-sena waqt li dawk mogħtija fir-risposta numru 257 jirriflettu n-numru ta` persuni li tħallsu f`dik is-sena partikulari.





1990

1991

1992

1993

1994

1995

Agriculture & Fisheries

81

71

44

49

53

23

Mining & Quarries

28

8

25

9

4

4

Manufacture

4843

4642

3947

2418

3090

2522

Construction

376

438

870

589

508

298

Elec., Gas, Water & Sanitary Services

454

435

452

399

346

241

Commerce

620

217

398

915

830

1818

Transport Storage & Communication

110

132

230

251

253

167

Govt. Services

962

803

712

579

652

625

Community & Business Services

48

35

20

51

28

9

Recreation Services

8

4

5

5

6

-

Personal Services

271

274

242

215

271

256

Others

9

3

29

-

1

5

Total

7810

7062

6974

5480

6042

5968

---

L-imwiet fuq ix-xogħol kienu maqsumin hekk:


Sena Numru Fejn kienu jaħdmu

-----------------------------------------------------

1990 - -

-----------------------------------------------------

1991 4 2 Malta Drydocks

1 Self-employed Mason

1 Public Works

------------------------------------------------------

1992 1 Woodwork Ltd.
------------------------------------------------------

1993 2 1 Chef Italiano Restariano Ltd.

1 Mr. Mario Gatt

-----------------------------------------------------

1994 2 1 General Precast

1 Mangion Bros.

------------------------------------------------------

1995 10 1 Self-employed Mason

9 Malta Drydocks

------------------------------------------------------

1996 1 Mr. Paul Demicoli

------------------------------------------------------




TAXXI INTERNI

2473. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 2188, jista' l-Ministru jagħti "breakdown" ta' kemm it-tnaqqis mill-ġbir ta' l-"income tax" huwa dovut għat-tlett sorsi msemmija, jiġifieri għax:- (a) għolew is-"ceilings" tad-dħul mhux taxxabbli; (b) pagamenti tal-"Provisional Tax" minn Korporazzjonijiet Parastatali li ma kienux miġbura għax profitti ma kienx hemm; (c) "Witholding Tax" ta' 7% fuq qliegħ kapitali kienet anqas minħabba li n-numru ta' kuntratti għas-sena 1996 kien anqas mis-sena ta' qabel? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni mhux biss għal Diċembru ta' l-1996 iżda wkoll għal Novembru ta' l-istess sena kif ukoll kif titqabbel ma' l-istess xhur ta' l-1995? Ikun apprezzat ukoll jekk il-Ministru jelenka liema kienu l-korporazzjonijiet imsemmija f'paragrafu (b).


Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   49   50   51   52   53   54   55   56   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin